Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan ġdid jagħti spinta lin-negozji ż-żgħar - 26/06/2008

Ħaddiema bl-uniformi

Il-Kummissjoni tiżvela pjan biex tnaqqas l-intoppi burokratiċi u xkiel ieħor li jħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji ta' daqs żgħir u medju. Dan jenfasizza sehemhom fl-ekonomija ta' l-UE

Skond il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso l- Att tan-Negozji ż-Żgħar huwa "pass kruċjali". Għall-intraprendituri dan ifisser "inqas burokrazija u aktar kumdità".

Fl-UE nsibu madwar 23 miljun negozju ta' daqs żgħir jew medju (deskritti bħala kumpaniji b'inqas minn 250 impjegat). Dawn jipprovdu l-maġġoranza ta' l-impjiegi fl-UE, speċjalment fl-industriji ewlenin bħas-setturi tat-tessuti, il-kostruzzjoni u ta' l-għamara u huma kkunsidrati bħala essenzjali għas-suċċess ekonomiku.

Madankollu dawn l-intrapriżi jħabbtu wiċċhom ma' problemi amministrattivi u diffikultajiet biex jiksbu l-finanzjament. L-intrapreditorija fl-Ewropa hija mxekkla wkoll minn nuqqas ta' għarfien ta' l-importanza tan-negozji ż-żgħar.

Il-pjan huwa parti mill-Istrateġija għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi ta' l-UE fost sejħiet oħra għal politiki għat-tnedija u tmexxija ta' negozju b'mod aktar faċli u aktar attraenti. Dawn jillimitaw iż-żmien għat-tnedija ta' kumpanija ġdida għal mhux aktar minn ġimgħa. Iż-żmien biex tikseb il-liċenzji u l-permessi m'għandhomx ikunu itwal minn xahar. L-UE diġà ħadet l-impenn li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-intrapriżi ż-żgħar b'25% sa l-2012. Il-pjan propost huwa maħsub ukoll biex iqajjem interess fl-intraprenditorija, speċjalment fost iż-żgħażagħ.

In-negozji se jkollhom ukoll aċċess aktar faċli għall-finanzjament u jingħataw opportunità oħra jekk ma jkollhomx suċċess. Bl-istess raġunament, il-Bank ta' l-Investiment Ewropew qed jippjana biex jiddiversifika l-għażla ta' strumenti għall-appoġġ ta' intrapriżi żgħar.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll forma ġdida ta' kumpanija Ewropea biex tgħin lill-intrapriżi żgħar imorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Din il- "kumpanija privata Ewropea" ġdida toħloq proċedura komuni fl-UE għat-tnedija ta' intrapriża u tiffaċilita l-ħajja għall-kumpaniji li jkunu jridu jistabbilixxu sussidjajri f'pajjiżi oħra ta' l-UE. Għalkemm l-intrapriżi żgħar jammontaw għal aktar minn 99% tal-kumpaniji fl-UE (u 70% ta' l-impjiegi), għal kontra tal-kumpaniji l-kbar dawn prinċipalment jibqgħu fil-fruntieri nazzjonali.

Prosposti oħra jżidu l-aċċess għall-appoġġ mingħand il-gvern, per eż. għat-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp u jassiguraw li l-kumpaniji ż-żgħar jitħallsu mill-ewwel.Il-pajjiżi jkollhom l-għażla li jnaqqsu r-rati tal-VAT għas-servizzi provduti min-negozji lokali.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli