Mogħdija tan-navigazzjoni

In-netwerk Ewropa għall-Intrapriżi jibda l-ħidma tiegħu - 06/02/2008

Logo tan-netwerk Ewropa għall-Intrapriżi

Netwerk ġdid għandu jappoġġja u jagħti pariri lin-negozji iż-żgħar dwar il-politiki, il-programmi u l-finanzjament  ta' l-UE.

Negozji żgħar li qed ifittxu msieħba f'pajjiż ieħor ta' l-UE, ifittxu parir dwar kif jiżviluppaw idea innovattiva jew dwar kif japplikaw għall-finanzjament Ewropew għar-riċerka jistgħu jiksbu dan kollu mingħand in-netwerk Ewropa għall-Intrapriżi l-ġdid English.

In-netwerk il-ġdid qed jiġbor flimkien madwar 500 organizzazzjoni li jinkludu l-Kmamar tal-kummerċ, aġenziji ta' l-iżvilupp reġjonali u ċentri universitarji għat-teknoloġija u 400 bl-esperjenza.

"In-netwerk jipprovdi appoġġ biex iħeġġeġ l-SMEs, speċjalment fil-fażi inizjali, biex isiru aktar innovattivi u jsaħħu l-ħila teknoloġika tagħhom" spjega l-Kummissarju għall-intrapriża u l-industrija DeutschEnglishfrançaispolsky Verheugen.

L-Ewropa Intraprenditorjali tmur lil hinn mill-UE u tinkludi lit-Turkija, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, in-Norveġja, l-Iżlanda, l-Armenja, l-Iżrael u l-Iżvizzera. Bi ftit inqas minn wieħed minn kull għaxar negozji li joperaw 'l barra minn pajjiżhom (anki jekk tneħħew il-barrieri nazzjonali) in-netwerk jixtieq li jħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn il-fruntieri.

Tista' tkun diffiċli għall-kumpaniji żgħar li jaġġornaw ruħhom mat-tibdil fir-regoli u l-politika ta' l-UE, għalhekk in-netwerk il-ġdid jista' jkun sors ta' informazzjoni u konsulenza dwar l-opportunitajiet u l-implikazzjonijiet potenzjali. Din tista' wkoll toħloq għarfien dwar diversi sorsi ta' l-iffinanzjar ta' l-UE – reġjonali, soċjali, ir-riċerka, l-ambjent – u żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar jekk il-politiki u l-inizjattivi ta' l-UE jaqblux mal-ħtiġijiet tal-kumpaniji u jħallu l-potenzjal ta' l-kompetittività u l-innovazzjoni ħielsa.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli