Mogħdija tan-navigazzjoni

L-impenn biex titnaqqas il-burokrazija żejda jibda juri l-ewwel sinjali ta' suċċess - 30/01/2008

Turruni ta' fajls imgerfxin fuq skrivanija

Skond ir-rapport tal-progress, l-ewwel riżultati tanġibbli ta' l-impenn ta' l-UE li tnaqqas il-burokrazija żejda jinħassu kemm mill-Ewropej in ġenerali kif ukoll min-negozji.

Wara li neħħiet xi 5,000 paġna ta' liġijiet ta' l-UE minn Ottubru 2007 'il hawn – jiġifieri madwar 300 att leġiżlattiv – l-UE issa bdiet taħsad il-benefiċċji ta' l-impenn tagħha biex tissimplifika l-leġiżlazzjoni English. Tul l-2007, il-kumpaniji ffrankaw madwar €500m, u fi ftit ta' żmien ieħor se jiggwadanjaw €800m oħra.

B'40 liġi ta' l-UE li jingħad li jikkontribwixxu għal aktar minn 80% tal-piż amministrattiv ta' l-UE, il-Kummissjoni hija ħerqana li twettaq bidla. F'Jannar 2007, stabbiliet mira għaliha nfisha li tnaqqas il-burokrazija żejda għan-negozji EnglishEnglish b'25% sa l-2012.

Bla ma jitnaqqar l-għan ta' dawn il-liġijiet jew jidgħajjef il-ħarsien garantit minnhom, ċerti miżuri qed jiġu reveduti sabiex il-liġijiet ta' l-UE jsiru aktar faċli li jiġu implimentati. Per eżempju:

· is-servizzi ta' pagamenti DeutschEnglishfrançais qed jiġu ssimplifikati sabiex l-Ewropej ikunu jistgħu jħallsu fejn iridu fl-UE bl-istess livell ta' faċilità u sigurtà bħal f'pajjiżhom. l-ekonomija ta' l-UE tista' tiffranka sa €28bn fis-sena.

· kodiċi doganali mmodernizzata DeutschEnglishfrançais li ma tibqax tuża sistemi bbażati fuq il-karta u tħeġġeġ aktar konverġenza bejn is-sistemi kompjuterizzati tas-27 amministrazzjoni dogali fi ħdan l-UE, biex b'hekk jissaħħaħ il-kummerċ internazzjonali.

· en English rivoluzzjonarja li, flok fuq 14-il liġi differenti, se tibda sserraħ fuq att wieħed li jipprovdi protezzjoni uniformi lil kull min ikollu polza ta' l-assikurazzjoni jkun fejn ikun fl-UE.

· "Att Ewropew għan-negozji ż-żgħar" – li se jitnieda s-sajf li ġej – se jissimplifika r-regoli għan-negozji ż-żgħar English.

F'dan il-proċess, il-Kummissjoni qed jassistiha grupp ta' monitoraġġ indipendenti, filwaqt li waqqfet websajt speċjali sabiex tiġbor suġġerimenti fuq kif se tnaqqas il-piżijiet amministrattivi għan-negozji u l-individwi madwar l-Ewropa.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli