Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tippjana li ssaħħaħ l-iskemi għall-ikel tajjeb għas-saħħa fl-iskejjel - 04/02/2014

Tifel tal-iskola jitbissem waqt li jżomm tuffieħa migduma ħdejn munzell kotba

L-UE qed tipproponi li ssaħħaħ il-programmi għall-ikel tajjeb għas-saħħa fl-iskejjel biex tgħin tindirizza nutrizzjoni fqira fost it-tfal.

L-iskema l-ġdida se tlaqqa’ 2 programmi eżistenti — l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel — li jipprovdu finanzjament għad-distribuzzjoni tal-frott u l-ħalib fl-iskejjel u jinkoraġġixxu l-edukazzjoni dwar l-ikel tajjeb għas-saħħa. Kull sena, madwar 30 miljun tifel u tifla mal-UE kollha jibbenefikaw minn dawn il-programmi.

L-iskema l-ġdida se tikkombina dawn iż-żewġ programmi bis-slowgan “Kul sew — Ħossok tajjeb”. Se jkun hemm konċentrazzjoni akbar fuq l-edukazzjoni biex tgħin fit-titjib tal-għarfien tat-tfal dwar kif jieklu ikel tajjeb għas-saħħa u żżid il-fehim tagħhom ta’ kwistjonijiet bħalma huma l-produzzjoni tal-ikel u l-iskart. Dan jista’ jinkludi żjarat fl-irziezet, pereżempju.

Dieti żbilanċjati

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, l-ammont ta’ frott, ħaxix u ħalib li t-tfal qed jieklu u jixorbu qed jonqos. Minflok, id-dieti qed ixaqilbu lejn ikel ipproċessat ħafna.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Englishespañolfrançais, l-obeżità fost it-tfal Ewropej qed tiżdied. Fl-2008, ġie stmat li 1 minn kull 4 itfal Ewropej bejn is-sitt u disa' snin kien b'piż żejjed jew oħxon ħafna; sal-2010, dik iċ-ċifra telgħet għal 1 kull 3 itfal.

B'dan l-isfond, l-iskema l-ġdida se jkollha l-għan li

  • tindirizza nutrizzjoni fqira b’mod aktar effettiv
  • issaħħaħ l-edukazzjoni mogħtija minn programmi tal-ikel tajjeb għas-saħħa, u
  • tikkontribwixxi fil-ġlieda kontra l-obeżità.

Organizzazzjoni aktar faċli

Bħalissa, il-pajjiżi kollha tal-UE qed jipparteċipaw fl-iskema tal-ħalib, u l-biċċa l-kbira jieħdu sehem fl-iskema tal-frott (ir-Renju Unit, l-Isvezja u l-Finlandja għażlu li ma jipparteċipawx). Il-parteċipazzjoni fl-iskema l-ġdida se tkompli tkun volontarja, u l-pajjiżi tal-UE se jkollhom il-flessibbiltà li jagħżlu liema ikel iqassmu.

L-iskema l-ġdida se jkollha baġit ta’ €230 miljun, żieda mill-baġit ta' €197 miljun ta’ din is-sena, iżda mhux iktar mill-baġit diġà stabbilit għall-iskemi tal-frott u tal-ħalib li jwasslu sal-2020.

Huwa ttamat li l-amalgamazzjoni tal-iskemi se tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u organizzattivi biex jimplimentawhom għall-iskejjel u l-awtoritajiet nazzjonali u twassal għal distribuzzjoni aktar kosteffikaċi.

Skema tal-UE tal-frott għall-iskejjel 

Skema tal-UE tal-ħalib għall-iskejjel Deutsch (de) English (en) français (fr)  

FAQs — Skemi tal-iskejjell għall-frott, il-ħaxix u l-ħalib Englishfrançais 

Stqarrija għall-istampa — L-UE qed tipproponi li tikkombina l-iskemi tal-ħalib u tal-frott għall-iskejjel

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli