Mogħdija tan-navigazzjoni

Kampanja ġdida turi kif l-agrikoltura taffettwa l-ħajja tagħna ta’ kuljum - 21/10/2013

Magna tal-ħsad safra taħdem f'għalqa

Mill-ikel li nieklu sal-ħwejjeġ li nilbsu, il-prodotti tal-bdiewa Ewropej jinstabu dejjem madwarna. Ġiet imnedija kampanja ġdida tal-UE sabiex tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-agrikoltura fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Hemm aktar minn 12-il miljun bidwi li jaħdmu full time fl-UE, filwaqt li 36 miljun impjieg jiddependu direttament mill-agrikoltura Ewropea. Madankollu, studji wrew li l-popolazzjoni urbana tal-Ewropa hija dejjem aktar maqtugħa mill-ħajja rurali u l-biedja. Biex tmur kontra din it-tendenza, l-Unjoni Ewropea nediet il-kampanja "Nieħdu ħsieb l-għeruq tagħna” li tenfasizza kemm hija importanti l-agrikoltura u kif il-politiki agrikoli tal-UE jgħinu jappoġġawha.

Mhux ikel biss

Il-kampanja tiffoka fuq l-għażla kbira ta’ affarijiet li ngawdu mill-biedja Ewropea. Minn ġobon Franċiż fil-friġġ tagħna u suf Taljan fil-ġerżijiet li nilbsu, sa tulipani Olandiżi fuq il-mejda, ix-xogħol tal-bdiewa Ewropej jinsab kullimkien. Madankollu, apparti milli turi dak li jipproduċu, il-kampanja tenfasizza wkoll l-importanza tal-biedja f’oqsma oħra, mill-istimular tat-tkabbir ekonomiku f’komunitajiet rurali għall-ħarsien tal-ambjent u l-pajsaġġi naturali tal-Ewropa.

Websajt tal-kampanja - Nieħdu ħsieb l-għeruq tagħna DeutschEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandspolskilietuvių kalbaromână- jagħti d-dettalji ta’ kif jaħdmu l-politiki tal-UE għall-biedja, u joffri materjal speċifiku għall-bdiewa u l-għalliema li jridu jispjegaw aktar dwar x’jagħmlu u kif l-UE tgħin. Se jsiru wkoll diversi avvenimenti li jipprovdu mod interattiv għal persuni biex jiskopru aktar dwar l-agrikoltura Ewropea.

Għaliex qed nitkellmu dwar il-politika agrikola?

It-tnedija tal-kampanja kienet ir-riżultat ta' ftehim f’Lulju biex isiru bidliet fil-politika agrikola tal-UE mill-2014. Il-politika agrikola komuni - jew PAK - hija mfassla biex tiżgura li l-bdiewa jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom filwaqt li l-Ewropej ikollhom provvista ta’ ikel tajjeb bi prezzijiet raġonevoli.

It-tibdil fil-politika kien imfassal biex l-agrikoltura ssir aktar ġusta billi tifrex il-flus b’mod aktar ugwali madwar l-UE. Se jkun disponibbli wkoll finanzjament ġdid biex jgħin ġenerazzjoni ġdida ta’ bdiewa żgħażagħ u biex l-agrikoltura ssir aktar kompatibbli mal-ambjent.

Nieħdu ħsieb l-għeruq tagħna DeutschEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandspolskilietuvių kalbaromână

Agrikoltura aktar ġusta u aktar ekoloġika

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli