Mogħdija tan-navigazzjoni

Nipproteġu l-imsaġar fl-UE u lil hinn minnha - 24/09/2013

Raġġi tax-xemx kmieni filgħodu f'foresta mċajpra fir-rebbiegħa.

Strateġija ġdida għall-immaniġġjar tal-foresti fl-UE se tipproteġi l-ambjent filwaqt li timmira wkoll li toħloq impjiegi ġodda f’żoni rurali.

Minkejja t-tendenza dinjija tat-tneħħija tal-foresti, il-foresti jkopru aktar minn 42% tat-territorju tal-UE u l-bijomassa tal-foresti (essenzjalment, injam) jissupplixxu nofs it-total tal-enerġija rinnovabbli tal-UE.

Biex titħares din ir-riżorsa importanti, l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-foresti tirrikjedi li l-imsaġar ikunu maniġġjati b’mod sostenibbli, sabiex titjieb il-kompetittività u jinħolqu l-impjiegi. L-istrateġija għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini tal-UE billi jissaħħu l-opportunitajiet rekreattivi, filwaqt li jiġu protetti l-ekosistemi, il-bijodiversità u l-ambjent.

Approċċ konġunt

Dawn l-għanijiet se jintlaħqu permezz ta’ approċċ olistiku għall-immaniġġjar tal-foresti, li jġib flimkien oqsma ta’ politika li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp rurali, l-intrapriża, l-ambjent, it-tibdil fil-klima, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-bijoenerġija.

Hu u jniedi l-Istrateġija l-ġdida, il-Kummissarju għall-iżvilupp rurali tal-UE Dacian Cioloş qal: “L-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tal-foresti, hu pilastru ewlieni tal-iżvilupp rurali u hu wieħed mill-prinċipji tal-istrateġija l-ġdida għall-foresti.”

Tnaqqis tal-pressjoni fuq il-foresti

Il-pubblikazzjoni tal-istrateġija l-ġdida ssegwi sentejn ta’ konsultazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-gvernijiet nazzjonali u l-partijiet interessati ewlenin. Din qed tieħu post l-istrateġija għall-foresti tal-UE li tmur lura għal 1998 u hi meħtieġa biex ikun hemm tweġiba kemm għal għadd li dejjem qed jikber ta’ domandi kummerċjali u rikreattiv fuq il-foresti, kif ukoll għat-tibdil politiku, ambjentali u soċjali ta' dawn l-aħħar 15-il sena.

L-istrateġija l-ġdida tikkunsidra wkoll l-effett tat-tibdil fil-klima fuq l-ekosistemi delikati tal-foresti. B’mod partikulari, it-temperaturi dejjem jogħlew u n-nixfa fl-inħawi tan-Nofsinhar tal-Ewropa qed iħallu effett fuq speċijiet ta’ siġar f'altitudnijiet aktar baxxi tal-muntanji.

Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll pjan biex jingħataw għajnuna l-industriji li jiddipendu mill-foresti, partikularment biex l-ipproċessar tal-injam u l-karta jsiru aktar effiċjenti. Billi jirrappreżenta madwar 3.5 miljun impjieg fl-UE u fatturat annwali ta’ madwar €500 biljun, dan is-settur hu fuq quddiem nett tal-isforzi tal-Kummissjoni għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi.

Stqarrija għall-istampa – Strateġija ġdida tal-UE għall-foresti English en

Stqarrija għall-istampa — pjan dettaljat għall-industriji tal-foresti tal-UE English en

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli