Mogħdija tan-navigazzjoni

Agrikoltura iktar ġusta u iktar ekoloġika - 04/07/2013

Qamħ © iStockphoto

Jintleħaq ftehim dwar tibdil fil-politika agrikola tal-UE, mill-bidu tal-2014 – appoġġ għal biedja sostenibbli, iktar għajnuna għal bdiewa ġodda, u distribuzzjoni iktar bilanċjata tal-finanzjament bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-politika agrikola tal-UE, magħrufa bħala l-politika agrikola komuni, hija mfassla biex tiżgura li l-bdiewa jkollhom livell ta’ għajxien deċenti u li l-Ewropej ikollhom biżżejjed x’jieklu – bi prezzijiet raġonevoli.

Il-politika taħdem billi:

  • tappoġġa d-dħul tal-bdiewa – kemm-il darba jilħqu standards stretti dwar is-sikurezza tal-ikel, il-protezzjoni ambjentali u s-saħħa u l-benessri tal-annimali. (Dan jammonta għal 70% tal-baġit tal-UE għall-appoġġ tal-azjendi agrikoli.).
  • tistabbilizza s-suq meta l-biedja hija milquta minn temp ħażin jew mard (madwar 10% tal-infiq għall-appoġġ tal-azjendi agrikoli).
  • tiffinanzja l-immodernizzar tal-azjendi agrikoli sabiex ikunu iktar kompetittivi (20% għall-appoġġ tal-azjendi agrikoli, flimkien ma’ finanzjament nazzjonali).

Wħud mir-regoli se jinbidlu minn Jannar 2014 wara l-ftehim. Pereżempju, biex jikkwalifikaw għal appoġġ għad-dħul, il-bdiewa jkollhom jadottaw prattiki sostenibbli biex jippromwovu l-kwalità tal-ħamrija, il-bijodiversità, id-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba u mergħat b’saħħithom.

Ir-riforma se tagħmel ukoll id-distribuzzjoni tal-fondi iktar ġusta: l-ebda pajjiż tal-UE m’għandu jirċievi inqas minn 75% tal-medja tal-UE sal-2019.

Il-politiċi qablu wkoll dwar tibdil li jagħmluha iktar faċli għall-bdiewa żgħażagħ biex jibdew l-azjenda agrikola tagħhom. Bħalissa , 30% tat-12-il miljun bidwi Ewropew għandhom ‘il fuq minn 65 sena, filwaqt li 6% biss għandhom inqas minn 35 sena.

Minbarra l-għajnuna eżistenti, il-bdiewa l-ġodda se jirċievu żieda ta’ 25% f’appoġġ għad-dħul matul l-ewwel ħames snin.

Regoli ġodda se jsaħħu wkoll il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-bdiewa f’ċerti setturi billi l-organizzazzjonijiet professjonali se jkollhom il-poter li jiffissaw ftehimiet ta’ bejgħ f’isimhom.

Ir-regoli l-ġodda ser jidħlu fis-seħħ f’Jannar 2014. L-aħħar punti se jiġu diskussi fin-negozjati tal-baġit tal-UE għall-2014-2020.

Hemm madwar 12-il miljun bidwi full-time fl-UE. Flimkien, l-agrikoltura u s-settur agroalimentari jammontaw għal 6% tal-PDG tal-UE u jipprovdu 46 miljun impjieg.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli