Mogħdija tan-navigazzjoni

Tikketti fuq l-ikel iktar ċari – konsumaturi infurmati aħjar - 11/03/2013

Baqra b'tikketta f’kull widna © EU

Il-Kummissjoni qed taħdem biex tipproteġi l-konsumaturi u tiżgura l-integrità tal-ikel ippakkjat mibjugħ fl-UE – dak li jkun imniżżel fuq it-tikketta għandu jkun dak li tirċievi.

Ir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel u l-protezzjoni tal-konsumatur huma ċari: il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati dwar dak li jkunu qed jixtru, u l-ingredjenti kollha għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-pakkett.

Meta nstab li kien hemm il-laħam taż-żiemel fil-prodotti li skont it-tikketta tagħhom kellhom il-laħam taċ-ċanga ħareġ li dan ir-rekwiżit fundamentali ma kienx qed jiġi rrispettat kullimkien. Il-laħam taż-żiemel jista' jinbiegħ fl-UE, iżda għandu jkun sempliċiment imniżżel fuq it-tikketta bħal kull ingredjent ieħor.

L-Istati Membri ilhom jaħdmu biex jiżguraw li prodotti b'informazzjoni qarrieqa fuq it-tikketti tagħhom jitneħħew mis-suq.

Il-Kummissjoni kienet infurmata dwar il-problema mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-8 ta' Frar. Inħarġet twissija lill-pajjiżi membri kollha tal-UE permezz tan-netwerk ta' informazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel English . Ladarba l-pajjiżi bdew l-ittestjar, sabu li varjetà wiesgħa ta’ prodotti tal-laħam ġew imħallta bil-laħam taż-żiemel.

X'inhi tagħmel l-UE issa?

Il-Kummissjoni żviluppat pjan tal-UE biex tikkoordina programm ta' xahar ta' ttestjar tal-prodotti għat-tiftixa tal-laħam taż-żiemel mhux iddikjarat u għal-laħam taż-żiemel li fih is-sustanza kontra l-uġigħ phenylubutazone (magħrufa wkoll bħala 'bute'). Huwa illegali li jingħata l-bute lill-annimali maħsuba biex jinbiegħu bħala ikel għall-bniedem.

Fil-15 ta' Frar il-gvernijiet nazzjonali approvaw il-pjan - bl-għażla li jestendu l-ittestjar għal xahar ieħor.

X'se tagħmel l-UE fil-futur?

Mit-13 ta' Diċembru 2014, ir-regoli tal-UE se jeħtieġu wkoll li t-tikketti jindikaw jekk ġewx miżjuda proteini mal-prodotti tal-laħam mill-istess tip ta' annimal.

Il-Kummissjoni dalwaqt se tagħmel proposti dwar:

  • it-titjib tal-armonizzazzjoni ta' penali fil-każ ta' frodi fil-katina tal-provvista
  • l-estensjoni tar-regoli tal-UE dwar l-oriġini tal-ikel biex tinkludi aktar tipi ta’ ikel (eż. mhux biss il-bajd, l-għasel u ċ-ċanga li ma jiġux mill-UE) u l-laħmijiet kollha.

Li jkun hemm tikketti aħjar mhix mezz li jiġi żgurat li l-ikel fis-suq ikun sikur. Skont il-liġi, il-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jbigħu biss ikel sikur.

Tikkettar aħjar jippermetti lill-konsumaturi biex jagħmlu għażla infurmata dwar liema ikel jixtru u kif jużawh b’mod sikur.

Aktar informazzjoni dwar ir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli