Mogħdija tan-navigazzjoni

Ikel u xorb organiku – konsultazzjoni dwar ir-regoli tal-UE - 16/01/2013

Il-lowgo organiku: l2-il stilla b'forma ta' werqa fuq sfond aħdar © EU

Meħtieġa l-opinjoni tiegħek dwar kif l-aħjar li titħeġġeġ il-produzzjoni organika fl-Ewropa.

Regoli tal-UE stretti għall-ikel organiku u xorb għandhom l-għan li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumatur u li jippromwovu l-bdiewa organiċi fl-Ewropa, il-kura tal-art tagħhom, il-bijodiversità u l-istandards għoljin ta' protezzjoni tal-annimali.

Bħalissa madwar 2% tal-ikel mixtri mill-konsumaturi tal-UE hu ċċertifikat bħala organiku, b'200,000 razzett (2% tat-total) meqjusin bħala organiċi.

Attwalment, il-Kummissjoni qed tħares lejn modi biex ittejjeb ir-regoli organiċi tal-UE u anki se tagħti aktar spinta lid-domanda. Bħala parti minn dan il-proċess, nixtiequ nisimgħu mingħandek dwar:

  • is-simplifikazzjoni tar-regoli – li fl-istess waqt jiżguraw li l-istandards mhumiex jiddgħajfu
  • l-iżgurar li organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs) – ipprojbiti mir-regoli – ma jidħlux aċċidentalment fil-katina tal-ikel organiku
  • il-promozzjoni ta' prodotti organiċi permezz tar-regoli dwar it-tikketti (speċjalment l-użu obbligatorju tal-lowgo Ewropew fuq kull prodott organiku mill-UE)
  • l-issikkar tal-kontrolli kontra l-frodi
  • l-inidrizzar tan-nuqqasijiet fir-regoli tal-importazzjoni attwali.

Il-konsultazzjoni onlajn hi miftuħa sal-10 ta' April 2013. Il-kummenti riċevuti se jinformaw id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu dwar il-passi li jmiss. Il-Kummissjoni qed tippjana li tressaq proposti dwar kif dawn ir-regoli jistgħu jinbidlu lejn l-aħħar tal-2013.

Attwalment l-ikel jista' jissejjaħ biss organiku jekk tal-anqas 95% tal-ingredjenti agrikoli tiegħu huma organiċi. Il-biedja organika tinsisti fuq il-protezzjoni ambjentali u l-benessri tal-annimali. Il-bdiewa għandhom jevitaw jew inaqqsu b'mod drastiku l-użu ta' kimiċi sintetiċi bħall-fertilizzanti, il-pestiċidi, l-addittivi u l-mediċini.

Biex ikel importat ikun rikonoxxut bħala organiku, ir-regoli organiċi tal-pajjiżi li jipproduċu l-prodotti u l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni għandhom jiġu rikonoxxuti li huma ekwivalenti għall-istandards tal-UE.

Meta jużaw il-lowgo organiku tal-UE, il-manifatturi għandhom jinkludu n-numru ta' referenza tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni u l-ismijiet tal-produttur, tal-proċessur jew tad-distributur li jkun l-aħħar wieħed li ħa ħsieb tal-prodott. Il-marki ta' ċertifikazzjoni organiċi nazzjonali jistgħu jintużaw ukoll maġenb il-lowgo tal-UE.

Aktar dwar il-biedja organika fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli