Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-lowgo organiku tal-UE, garanzija ta' fiduċja - 04/07/2012

Il-lowgo organiku: 12-il stilla b'forma ta' werqa fuq sfond aħdar © EU

Tista' tkun fiduċjuż li qed tixtri ikel u xorb organiċi meta tara l-lowgo "werqa" tal-UE fuq il-pakkett.

Il-lowgo (li qed jidher fl-istampa) għandu issa jidher fuq l-ikel organiku f'pakketti wara perjodu ta' tranżizzjoni ta' sentejn li ntemm fl-1 ta' Lulju.

Dan ifisser li l-manifatturi tal-ikel – u l-bdiewa li mingħandhom xtraw l-ingredjenti – ikkonformaw mar-regoli għall-UE kollha għall-ikel u x-xorb organiċi.

Ir-regoli – u l-lowgo – għandhom l-għan li jippromwovu l-bdiewa organiċi tal-UE, il-kura tagħhom tal-art, il-bijodiversità u l-istandards għoljin ta' protezzjoni tal-annimali.

Is-suq kompla jikber fis-snin reċenti. Madwar 2% tal-ikel mixtri mill-konsumaturi tal-UE hu ċċertifikat bħala organiku, u madwar 200,000 razzett fl-UE huma ċċertifikati bħala produtturi organiċi.

Rekwiżiti oħrajn

Meta jużaw il-lowgo organiku tal-UE, il-manifatturi għandhom ukoll juru fuq it-tikketta n-numru ta' referenza tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni u l-ismijiet tal-produttur, tal-proċessur jew tad-distributur li jkun l-aħħar wieħed li ħa ħsieb tal-prodott. Il-marki ta' ċertifikazzjoni organiċi nazzjonali jistgħu jintużaw ukoll maġenb il-lowgo tal-UE.

Il-lowgo jibqa' fakultattiv fuq prodotti u importazzjonijiet li mhumiex f'pakketti. Ir-regoli organiċi ta' pajjiżi u awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni oħrajn għandhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards tal-UE qabel ma prodotti organiċi jkunu jistgħu jiġi importati fiha.

Il-passi li jmiss

Fl-1 ta' Awwissu regoli ġodda għall-inbid organiku se jidħlu fis-seħħ bħala liġi. Fi Frar, l-UE ffirmat ftehim mal-Istati Uniti dwar l-għarfien reċiproku tal-prodotti organiċi. Il-ftehim għandu jnaqqas il-burokrazija għall-esportaturi.

Il-Kummissjoni bħalissa qed tistudja modi biex ittejjeb aktar ir-regoli organiċi tal-UE.

Il-biedja organika tinsisti fuq il-protezzjoni ambjentali u l-benessri tal-annimali. Il-bdiewa għandhom jevitaw jew inaqqsu b'mod drastiku l-użu ta' kimiċi sintetiċi bħall-fertilizzanti, il-pestiċidi, l-addittivi u l-mediċini.

L-ikel jista' jissejjaħ biss organiku jekk tal-anqas 95% tal-ingredjenti tagħhom huma organiċi. L-użu ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) u ta' prodotti manifatturati minn OĠM hu pprojbit.

Aktar dwar il-biedja organika fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli