Mogħdija tan-navigazzjoni

Riforma tal-PAK – aktar ġusta, aktar ambjentali, aktar effiċjenti - 12/10/2011

Grupp ta' ħaddiema jaqtgħu l-għeneb © EU

Il-pjan għandu jsaħħaħ il-politika tal-UE dwar l-agrikultura biex tkun garantita l-provvista tal-ikel, ikun protett l-ambjent u jkun żgurat li ż-żoni rurali jiġu żviluppati b'mod sostenibbli.

Ir-riformi fil-politika agrikola komuni (PAK) wara l-2013 għandhom l-għan li jgħinu lill-bdiewa jadattaw għall-ħtiġijiet tas-suq u li tkun garantita b'mod sostenibbli l-provvista tal-ikel.

L-għan tal-proposti DeutschEnglishfrançais hu li jsir l-aħjar użu tal-fondi sabiex il-bdiewa jingħataw inċentiv ħalli jsiru aktar kompetittivi. Mill-banda l-oħra l-konsumaturi għandhom igawdu ikel aħjar bi prezzijiet aktar ġusti.

Dawn il-miżuri għandhom:

  • joffru għajnuna aktar ġusta, eħfef u li tingħata fejn meħtieġa – l-assistenza bażika tkun limitata għall-bdiewa attivi u li twassal sa €300,000 fis-sena għal kull razzett u tqassam il-fondi b'mod aktar ġust fost il-bdiewa, ir-reġjuni u l-pajjiżi tal-UE
  • jgħinu lill-bdiewa jiffaċċjaw it-tibdil mgħaġġel fil-prezzijiet u d-domanda – iħaffu l-għajnuna mogħtija matul kriżijiet ekonomiċi
  • iżommu bħala riżerva 30% tal-pagamenti tal-PAK għall-irziezet li jirrispettaw l-ambjent – jappoġġaw it-tkabbir ta' prodotti differenti, iż-żamma permanenti tal-mergħat u l-konservazzjoni taż-żoni naturali u tal-pajsaġġi
  • jimmiraw lejn riċerka aħjar u lejn l-innovazzjoni – jirdoppjaw il-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp, jagħmlu r-riċerka aktar siewja għall-ħtiġijiet tal-bdiewa, u jħaffu t-twassil tat-tagħrif mil-laboratorji għall-għelieqi
  • jagħtu setgħat lill-bdiewa – jappoġġaw l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u jippromwovu kuntatti aktar diretti mal-konsumaturi billi jitnaqqas l-għadd ta' intermedjarji
  • jappoġġaw il-protezzjoni tal-ambjent – iqisu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-użu effiċjenti tar-riżorsi bħala l-ogħla prijoritajiet għaż-żoni rurali
  • jattiraw bdiewa żgħażagħ – jagħtu appoġġ lil dawk li l-età tagħhom ma qabżitx l-40 sena matul l-ewwel ħames snin tagħhom fix-xogħol tal-biedja
  • jippromwovu l-impjiegi u l-intraprenditorija fil-kampanja – pereżempju jipprovdu sa €70,000 matul ħames snin għall-proġetti żgħar
  • ma jħallux li l-art issir deżert – jipprovdu aktar fondi ma' dawk li diġà hemm lill-bdiewa fiż-żoni bi żvantaġġi naturali
  • inaqqsu l-burokrazija – iħaffu r-regoli, b'mod speċjali għall-bdiewa żgħar, li jirċievu pagamenti f'daqqa minn €500 sa €1,000 fis-sena għal kull razzett

Bis-saħħa ta' riformi li saru fl-imgħoddi, is-sehem tal-PAK mill-baġit tal-UE kważi naqas minn 75% għal 41%. Il-proposti l-ġodda għandhom jipperfezzjonaw il-fondi biex jingħataw fejn meħtieġa u b'mod effiċjenti.

Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fl-2014, hekk kif ikunu approvati mill-Parlament Ewropew u mill-ministri nazzjonali fil-Kunsill tal-UE.

Aktar dwar il-ġejjieni tal-PAK DeutschEnglishfrançais

Aktar dwar l-agrikultura u l-iżvilupp rurali

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli