Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-promozzjoni tal-prodott tal-irziezet tal-UE - ibagħtulna l-ideat tagħkom! - 15/07/2011

Sbul tal-qamħ bis-sema bħala sfond © iStock/Dimitrije Tanaskovic

Il-bdiewa tal-UE jipproduċu prodott tal-aqwa kwalità, iżda tqegħid fis-suq aħjar jista' jkabbar l-għarfien - u l-bejgħ - kemm hawnhekk kif ukoll f'pajjiżi oħrajn

Il-bdiewa Ewropej jipproduċu wħud mill-aħjar prodotti tal-ikel fid-dinja - il-ħsad tal-abbiltà tagħhom, it-tradizzjoni, l-innovazzjoni u l-istandards ta' produzzjoni għolja.

Iżda l-konsumaturi kemm hawnhekk kif ukoll f'pajjiżi barranin jinsabu dejjem konxji dwar l-attenzjoni li tingħata fil-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità - żrieragħ, ħxejjex, frott, laħam, prodotti tal-ħalib, żjut u prodotti tradizzjonali oħrajn tal-irziezet.

Pereżempju, l-irziezet tal-UE għandhom standards aktar stretti mill-kompetituri tagħhom - dwar is-sikurezza tal-ikel, l-ambjent u l-benesseri tal-annimali. Dawn huma xi wħud mill-punti ta' bejgħ li għandhom jispikkaw il-prodotti tal-irziezet Ewropej fil-ħwienet u fis-supermarkits.

Il-Kummissjoni tinsab konvinta li l-UE tista' ssaħħaħ il-promozzjoni tal-prodott tal-UE u tipperswadi aktar nies li "jixtru Ewropew".

Regoli ssimplifikati u aktar kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE għandhom jgħinu lil kulħadd fl-industrija biex jiġu promossi l-prodotti agrikoli b'mod aktar mifrux u biex jidħlu fi swieq ġodda.

Dan għandu wkoll ikun ta' għajnuna:

  • għall-bdiewa biex jitħallsu b'mod xieraq għall-kwalità tal-prodotti tagħhom - enfasi fuq l-istandards tista' tinkuraġġixxi lix-xerrejja biex iħallsu prezzijiet ogħla
  • għall-konsumaturi biex jagħmlu għażliet informati meta jixtru l-ikel - pereżempju, permezz ta' promozzjoni tas-sistema tat-tikketti dwar il-kwalità DeutschEnglishfrançais , l-attenzjoni li tingħata lill-annimali u lill-istandards ambjentali
  • għax-xerrejja tal-prodott agrikolu (inklużi l-industrija tal-ikel agrikolu u l-bejjiegħa bl-imnut) biex jakkwistaw tagħrif aħjar tal-firxa wiesgħa tal-prodotti disponibbli għalihom

Qabel ma tressaq il-proposti, il-Kummissjoni tixtieq l-opinjonijiet tal-bdiewa, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-esportaturi, tal-konsumaturi u oħrajn. Dawn l-opinjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-pjanijiet għar-reviżjoni tar-regoli tat-tqegħid fis-suq korrenti.

Dokument ta' diskussjoni jippreżenta informazzjoni ta' sfond u jidentifika l-oqsma fejn it-tqegħid fis-suq jista' jittejjeb. Il-konsultazzjoni DeutschEnglishfrançais hi miftuħa sat-30 ta' Settembru 2011.

Bejn l-2006 u l-2010, l-UE tat madwar €259 miljun biex ikunu kkofinanzjati 190 programm promozzjonali bħala parti mill-politika agrikola komuni (PAK).

Għinna nfasslu l-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli DeutschEnglishfrançais

Aktar dwar programmi biex jiġu promossi prodotti tal-irziezet tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli