Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan biex insalvaw is-sajd fl-Ewropa - 13/07/2011

Ġilba ta' ħut © istock/Dirk-Jan Mattaar

Il-pjanijiet dwar is-sajd għandhom jilħqu t-talba u jassiguraw għixien waqt li jipproteġu l-istokkijiet tal-ħut.

Il-proposti ta' riforma tal-immaniġġar tas-sajd fl-UE għandhom iġibu lura l-istokkijiet tal-ħut għal livelli sostenibbli u jipprovdu forniment ta' ikel stabbli, sikur u b'saħħtu.

Dawn il-proposti għandhom l-għan li jerġgħu jġibu l-qligħ għall-industrija tas-sajd, iwaqqfu d-dipendenza tagħha fuq is-sussidji pubbliċi u joħolqu opportunitajiet ġodda għall-impjiegi u t-tkabbir fiż-żoni mal-kosta.

Hemm bżonn ta' bidla malajr. Il-miżuri tal-UE attwali naqqsu l-periklu għal xi stokkijiet tal-ħut, iżda l-bastimenti tat-tkarkir kummerċjali għadhom jaqbdu l-ħut b'rata iktar mgħaġġla mir-rata ta' riproduzzjoni tagħhom.

Ir-riżultat? Tlieta minn kull erba' speċi tal-ħut jinqabdu fi kwantitajiet iktar milli huwa sostenibbli, b'theddida għall-ekosistema kollha tal-baħar. L-industrija qed ikollha inqas qligħ u futur inċert.

L-istimi juru li l-miżuri l-ġodda għandhom iwasslu għal żieda ta' 70% fl-istokkijiet tal-ħut. Il-qbid jiżdied b'madwar 17% kumplessivament u jirriżulta f'industrija b'iktar qligħ.

Il-proposti English jinkludu:

  • immaniġġar tas-sajd fuq miri fit-tul u l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli
  • kwoti ta' qbid biex l-istokkijiet tal-ħut kollha jaslu għal livelli sostenibbli sal-2015, f'konformità mal-impenji internazzjonali tal-UE
  • il-ħtieġa li s-sajjieda jniżżlu l-art il-ħut kollu li jaqbdu - ma jistgħux jarmu speċi ta' ħut li ma jridux
  • it-tnaqqis tal-kapaċità tal-flotta permezz ta' miżuri tas-suq minflok permezz ta' sussidji - pereżempju, il-kwoti individwali tal-qbid ikunu jistgħu jiġu nnegozjati bejn is-sajjieda
  • appoġġ biex is-sajjieda fuq skala żgħira jkollhom għajnuna biex jadattaw għall-bidliet
  • iktar setgħa lill-pajjiżi tal-UE dwar miżuri ta' konservazzjoni sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu adattati għall-ħtiġijiet reġjonali u lokali - is-sajjieda jkunu jistgħu ukoll jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar id-daqs tal-flotta u d-domanda
  • appoġġ għall-irżieżet tal-ħut sostenibbli biex jilħqu t-talba għall-ħut
  • informazzjoni aħajr għall-konsumaturi dwar il-kwalità, l-oriġini u s-sostenibbiltà tal-ikel tal-baħar li jixtru

L-appoġġ finanzjarju tal-UE se jingħata biss għall-proġetti tas-sajd li huma favur l-ambjent. Kontrolli stretti se jwaqqfu milli l-fondi jaslu għand min jikser ir-regoli jew għal proġetti li jwasslu għal kapaċità kbira wisq.

Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tippromwovi l-konservazzjoni tas-sajd b'mod globali permezz ta' ftehimiet ġodda tal-UE ma' pajjiżi oħra.

Il-passi li jmiss

Il-proposti issa jridu jiġu kkunsidrati mill-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE.

Iktar dwar is-sajd fl-UE

Iktar dwar ir-riforma tal-immaniġġar tas-sajd fl-UE

Ir-riforma tal-politiak komuni tas-sajd: ejja niddiskutuha! English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli