Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Tliet għażliet għat-tiġdid tal-politika agrikola tal-UE għal provvista tal-ikel sikura, agrikoltura sostenibbli, ambjent aħjar u żvilupp rurali.
Il-politika agrikola komuni (PAK) nbidlet matul is-snin, iżda għad hemm bżonn riforma biex tilħaq mal-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tas-suq u biex taffaċċja l-kriżi ekonomika.
Il-bdiewa wkoll għandhom rwol prinċipali billi jieħdu ħsieb l-art b'mod li jkun favur l-ambjent u billi jipprovdu l-konsumaturi b'ikel ta' kwalità bi prezzijiet ġusti. Dan ir-rwol jiġġustifika l-appoġġ dirett li l-bdiewa jirċievu mill-UE. Il-Kummissjoni tixtieq tuża dan l-appoġġ bl-aħjar mod.
L-għanijiet ewlenin tar-riforma li għandha ssir, identifikati minn konsultazzjonijiet mal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-UE, mal-bdiewa u mal-pubbliku, huma provvista' tal-ikel tajba u sikura, ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, u iżvilupp bilanċjat fiż-żoni rurali.
Il-Kummissjoni qed tipproponi tliet għażliet wiesa' ta' politika, bbażati fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni, biex tilħaq dawn l-għanijiet wara l-2013. Kollha kemm huma jimmiraw li l-PAK issir iktar ekwa, effiċjenti u effettiva.
L-għażliet għal riforma tas-sistema ta' ħlasijiet diretti lill-bdiewa jinkludu, fost l-oħrajn, distribuzzjoni iktar ekwa bejn il-pajjiżi tal-UE u l-introduzzjoni ta' kumpens varjabbli bbażat fuq kemm il-bdiewa jipproteġu l-ambjent.
Il-miżuri ta' intervent fis-suq tnaqqsu minn 92% tal-baġit tal-PAK fl-1991 għal 5% biss din is-sena, iżda l-Kummissjoni, b'appoġġ mill-pubbliku, qed tikkunsidra li tissimplifika iktar din l-għodda sabiex ittejjeb il-katina alimentari mill-għalqa sal-platt.
Ir-riforma fil-programmi tal-iżvilupp rurali jistgħu jinkludu iktar fondi għal proġetti marbuta mat-tibdil fil-klima, l-ilma, il-bijodiversità, l-enerġija rinovabbli u l-innovazzjoni. Għażla oħra tiffoka biss fuq it-tibdil fil-klima u l-ambjent.
Id-dibattitu dwar dawn l-għażliet issa beda, u se jinkludi konsultazzjoni pubblika ulterjuri dwar l-istrateġiji proposti. Ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni, flimkien mal-valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet differenti, se jittieħdu f'kunsiderazzjoni għall-proposti tal-leġiżlazzjoni, li se jsiru fl-2011. Il-proposti għandhom jidħlu fis-seħħ fl-2014.