Mogħdija tan-navigazzjoni

Prodotti tar-raba' ĠM - ir-responsabbiltà f'idejn il-gvernijiet individwali - 14/07/2010

Bidwi qed jieħu ħsieb il-pjanti f'għalqa © EU

Il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu għalihom stess jekk jippermettux it-tkabbir ta' prodotti tar-raba' ġenetikament modifikati awtorizzati f'pajjiżhom.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li tagħti lill-pajjiżi membri tal-UE il-libertà li jiddeċiedu jekk ikabbrux prodotti tar-raba' ġenetikament modifikati, kwistjoni li l-UE baqgħet ma qablitx fuqha għal snin twal.

L-UE se tkompli tapprova l-orġaniżmi ġenetikament modifikati English (OĠM) għall-koltivazzjoni skont rakkomandazzjonijiet xjentifiċi dwar is-sikurezza tagħhom. Iżda l-gvernijiet individwali se jkunu jistgħu jirrestrinġu jew ma jħallux il-koltivazzjoni ta' xi wħud jew l-OĠM kollha awtorizzati mill-UE - fit-territorju kollu tagħhom jew fuq parti minnu.

Il-kummissarju għas-saħħa John Dalli qal li l-esperjenza turi li l-pajjiżi tal-UE għandhom bżonn iktar flessibbiltà biex jiddeċiedu fejn jitkabbru l-prodotti tar-raba' ĠM, jekk jitkabbru.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom pożizzjonijiet differenti dwar l-OĠM, u dan jagħmilha diffiċli li jieħdu deċiżjonijiet konġunti jekk jawtorizzawx jew le prodott modifikat ġenetikament.

Xi pajjiżi jaqblu magħhom minħabba li l-prodotti ĠM jagħtu riżultati aħjar u huma iktar reżistenti għall-parassiti. Pajjiżi oħra jibqgħu imħassba li l-OMĠ jistgħu jpoġġu s-saħħa u l-ambjent f'riskju. Ħafna bdiewa jinkwetaw li l-OMĠ jistgħu jikkontaminaw il-prodotti konvenzjonali u organiċi u għalhekk ikun diffiċli li dawn ikunu kkummerċjalizzati bħala mingħajr OMĠ.

L-UE tkabbar ftit prodotti tar-raba' ĠM meta mqabbla ma' produtturi ewlenin bħall-Istati Uniti, il-Brażil u l-Arġentina. Bħalissa żewġ prodotti ĠM biss huma mibjugħa għall-koltivazzjoni fl-UE u wieħed biss huwa permess bħala ikel - tip ta' qamħirrum imsemmi MON180.

Il-proċess ta' approvazzjoni tal-UE se jkun imtejjeb f'termini kemm ta' protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll tal-funzjonament tas-suq intern.

Il-proposta teħtieġ l-approvazzjoni tal-gvernijiet tal-UE u l-Parlament Ewropew.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli

  • EUROPA
  • Kamra tal-aħbarijietDeutschEnglishfrançais