Mogħdija tan-navigazzjoni

It-traċċar tas-sikurezza tal-ikel - 15/06/2010

Baqar jittawlu minn vann quddiem biċċerija fil-Ġermanja © Reporters

Il-ġimgħa veterinarja tal-UE tiffoka fuq l-identifikazzjoni u t-traċċar tal-annimali.

Il-marda ta' ġenn il-baqar, il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, l-influwenza tal-ħnieżer u l-influwenza tat-tjur - tfaċċat serje ta' tehdid fl-irziezet Ewropej f'dawn l-aħħar għoxrin sena. Xi drabi b'effetti qerrieda, dawn wrew l-importanza tat-traċċabilità - il-kapaċità li jiġi traċċat l-ikel matul l-istadji differenti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, ngħidu aħna permezz tal-użu tal-barcodes, il-passaporti tal-annimali u t-tikketti mal-widnejn.

Iżda ħafna konsumaturi għadhom mhumiex konxji mill-benefiċċji, filwaqt li l-industrija tal-ikel tħoss li r-regoli tat-traċċabilità tal-UE huma piż żejjed.

Mill-14 sal-20 ta' Ġunju, il-pajjiżi tal-UE se jorganizzaw avvenimenti biex iqajmu kuxjenza dwar it-traċċabilità, l-enfasi tal-ġimgħa veterinarja tal-UE English ta' din is-sena. Fi Brussell, il-ġimgħa bdiet b'konferenza ta' jumejn dwar firxa ta' kwistjonijiet, inklużi t-tikketti elettroniċi tan-nagħaġ u t-traċċabilità fl-agrikoltura organika u l-kummerċ dinji.

It-traċċabilità tgħin lill-awtoritajiet jillimitaw it-tehdid għas-sikurezza tal-ikel danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska jew tal-produzzjoni, kemm jekk minħabba annimali morda u kemm minħabba kontaminazzjoni tal-ikel. Tgħin ukoll tiggarantixxi l-oriġini tal-ispeċjalitajiet reġjonali bħall-perżut Iberico jew iċ-ċanga Irlandiża.

Mill-2002 'il hawn, l-UE talbet lin-negozji kollha fl-industrija tal-ikel u tal-għalf biex jidentifikaw malajr is-sorsi u d-destinazzjoni tal-prodotti tagħhom. Il-produtturi għandhom jinnotifikaw ukoll lill-awtoritajiet dwar ir-riskji potenzjali u jirtiraw il-prodotti affettwati mis-suq.

Il-Kummissarju għas-saħħa John Dalli qal li "Illum lanqas biss nirrealizzaw li nafu l-istorja kollha ta' biċċa ċanga jew li nistgħu nittraċċaw nagħġa individwali fl-UE u prodotti tal-ikel fil-katina sħiħa tal-ikel." Dan il-livell ta' ħarsien tas-saħħa tal-annimali u ta' sikurezza tal-ikel ma nkisibx mil-lum għall-għada."

Aktar tagħrif dwar it-traċċabilità fil-katina tal-ikel English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli