Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-futur tal-agrikoltura Ewropea - għid tiegħek - 13/04/2010

Bidwi jagħlef il-baqar © EU

L-UE tiftaħ dibattitu pubbliku dwar il-politika agrikola tagħha, il-preludju għal riforma ewlenija fl-2013.

Din il-ġimgħa l-Kummissjoni ħabbret pjanijiet li l-politika agrikola tal-UE se tiġi eżaminata bir-reqqa skont il-istrateġija ekonomika fit-tul tal-UE.

F'diskors fil-Parlament Ewropew, il-kummissarju għall-agrikoltura Dacian Cioloş qal li qed ibassar sfidi ewlenin għall-politika bħat-tibdil fil-klima, problemi bid-disponibbiltà tal-ikel u pressjonijiet fuq ir-riżorsi u l-ekonomiji rurali.

It-tibdiliet se jiġu proposti lejn l-aħħar ta' dis-sena, wara li l-kummissjoni teżamina l-kummenti tal-pubbliku. Imbagħad għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiskadi l-programm attwali ta' finanzjament fl-2013.

Hu mistenni li mill-konsultazzjoni, li tintemm f'Ġunju, joħorġu kontribuzzjonijiet mill-konsumaturi, organizzazzjonijiet ambjentali u gruppi tal-benessri tal-annimali, mhux biss mill-bdiewa.

L-UE qed taħdem fuq pjan ekonomiku ta' 10 snin, l-istrateġija Ewropa 2020. L-istrateġija għandha tħalli impatt kbir fuq l-agrikoltura, parzjalment minħabba l-enfasi tagħha fuq ekonomija b'livell baxx ta' karbonju.

Il-politika agrikola tal-UE - PAK - tara li tiggarantixxi livell ta' għaxjien raġonevoli lil-bdiewa, tiżgura biżżejjed ikel bi prezz ġust, u tħares il-wirt rurali tal-Ewropa. Il-PAK tiswa madwar €55 miljun fis-sena, jiġifieri 40% tal-baġit tal-UE. Ħafna minn dawn il-flus jitħallsu lill-bdiewa fil-forma ta' sussidji diretti. Madwar 5% tal-popolazzjoni attiva taħdem fis-settur agrikolu.

L-UE għamlet tibdiliet estensivi fil-poltika f'dawn l-aħħar għexur ta' snin, billi neħħiet il-biedja bbażata fuq il-produzzjoni u billi tat iktar libertà lill-bdiewa jkabbru dak li jrid is-suq.

Stħarriġ reċenti tal-UE DeutschEnglishfrançais juri li hemm appoġġ wiesa' għall-politika. Sitta minn kull għaxra li rrispondew qalu li jappoġġaw l-infiq attwali jew saħansitra jaqblu ma' baġit ikbar għall-agrikoltura.

Hekk kif l-UE qed tissokta bir-riformi, il-kummissarju Cioloş wissa li hemm bosta riskji: "L-avvenimenti f'dawn l-aħħar sentejn huma tfakkira għal dan."

Fl-2008 kien hemm żieda kbira fil-prezzijiet tal-ikel li wasslet għal protesti f'ħafna pajjiżi. Is-sena l-oħra, il-bdiewa fis-settur tal-ħalib ħarġu jipprotestaw kontra l-waqa' tal-prezzijiet tal-ħalib.

Il-politika agrikola komuni wara l-2013 - għid tiegħek

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli