Mogħdija tan-navigazzjoni

Frott minflok xaħam - 08/12/2009

Il-logo tal-kampanja b'cartoons tal-ħalib, it-tadam u t-tuffieħ ©EC

Kampanja tal-UE dwar ikel tajjeb għas-saħħa tilħaq lit-tfal

Tliet wirjiet fit-toroq dwar il-benefiċċji ta' dieta tajba għas-saħħa daru f'seba' pajjiżi tal-UE din il-Ħarifa, waqt li faħħru l-virtujiet tal-frott, il-ħaxix u l-prodotti tal-ħalib fost 17,000 persuna b'kollox. Ta' iktar importanza kienet l-età medja tal-parti l-kbira tal-udjenza, li kienet bejn 8 u 12-il sena.

It-tfal b'piż żejjed huma problema dejjem tikber fl-Ewropa. Skont l-estimi tal-UE, 22 miljun tifel u tifla huma ħoxnin. Minn dawn, 5 miljuni għandhom piż żejjed, numru li jiżdied b'400,000 fis-sena.

"Meta nħarsu madwarna u naraw numru ta' tfal b'piż żejjed, hu ċar li għandna naġixxu issa," qalet Mariann Fischer Boel, il-kummissarju tal-agrikoltura, meta bdew il-wirjiet f'Settembru.

Għal iktar minn tmien ġimgħat, l-"Għanqud b'Togħma Tajba" żar il-Belġju, Franza, ir-Renju Unit, l-Irlanda, l-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja, u waqaf f'173 skola.

B'logħob u kwizzis, il-wirjiet kienu parti minn kampanja tal-UE għall-promozzjoni ta' drawwiet ta' ikel tajjeb għas-saħħa fost iż-żgħar.

Il-kampanja tikkumplementa l-iskemi tal-UE dwar il-frott u l-ħalib għall-iskejjel, indirizzati wkoll lit-tfal. Tinkludi websajt dwar id-drawwiet ta' ikel tajjeb għas-saħħa fejn it-tfal ħadu sehem fi tfittxija għat-teżor u ħadu premju.

Is-sit joffri wkoll materjal għat-tagħlim u pariri lill-ġenituri, bħal x'għandek tagħmel mat-tfal li ma jkunux iridu jduqu ikel ġdid. Suġġeriment: Ipprova involvi lit-tfal fl-ippjanar u l-preparament tal-ikliet.

 

Żur il-kampanja tagħna Għanqud b'Togħma Tajba

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli