Mogħdija tan-navigazzjoni

Aktar ħarsien għall-klieb il-baħar - 06/08/2009

Serfers attakkati minn klieb il-baħar - punti ewlenin bħal dan jew simili, li tipikament jidhru u jerġgħu jidhru fil-gazzetti fi żmien is-sajf. Iżda fil-verità huma l-klieb il-baħar, li jeħtieġu l-ħarsien tagħna, billi terz mill-ispeċijiet ta' klieb il-baħar li jgħixu fil-baħar miftuħ jinsabu fil-periklu tal-estinzjoni.

Fl-Ewropa, il-klieb il-baħar ma tantx għandhom bixra pożittiva marbuta magħhom. Ma tantx huma popolari, u l-aktar kelma pożittiva li tintuża biex tiddiskrivihom hija "eżotiċi". Iżda dawn ta' sikwit jiġu abbużati bl-ikrah. Fil-fatt dan l-aħħar instabu 30 kelb il-baħar iffriżati fil-Messiku, li kellhom l-istonku mimli kokaina. U billi fil-Lvant Imbiegħed, is-soppa tal-pinen tal-klieb il-baħar għadha titqies bħala ikel delizzjuż, ħafna klieb il-baħar jinqatlu minħabba f'dan. Fl-attività magħrufa bħala "l-Qtugħ tal-Pinen" tal-klieb il-baħar, is-sajjieda jaqtgħulhom il-pinen ta' daharhom u jerġgħu jitfgħuhom fil-baħar, li twassal għal mewta ta' tbatija. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fir-rigward ta' din il-prattika fir-rigward tad-daqs, l-età jew l-ispeċi.

Flotot ta' sajjieda madwar id-dinja qed jagħmlu mill-aħjar biex ilaħħqu mad-domanda dejjem tikber għall-pinen tal-klieb il-baħar. Dan iwassal għal sajd żejjed ta' stokkijiet ta' klieb il-baħar, li partikolarment diffiċli li dawn jirkupraw minnu, minħabba l-ħajja twila, il-maturità sesswali tardiva u r-rata ta' riproduzzjoni baxxa tagħhom.

Il-biża' li dawn l-annimali jinqerdu dejjem qegħda tikber.

L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) fasslet lista globali ta' speċi ta' klieb il-baħar li jinsabu pperikolati, li fiha l-aktar speċi li jinsabu fir-riskju huma żewġ tipi ta' kurazza (squat-headed hammerhead ("sphyrna mokarran") u l-iscalloped hammerhead ("sphyrna lewini")) u l-baqra tal-baħar (giant devilray ("mobula mobular")).

Skont l-IUCN jeħtieġ b’mod urġenti, pjan internazzjonali kkoordinat ta’ konservazzjoni. Għalhekk il-Kummissarju għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd Joe Borg għadu kif ħabbar Pjan ta' Azzjoni españoldanskDeutschελληνικάEnglishfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska għall-preservazzjoni u l-immaniġġjar ta' ħażniet ta' klieb il-baħar, approvat mill-membri tal-UE f'April.

Il-Pjan huwa mfassal biex jipproteġi l-ħut kartilaġinuż, klassi li tinkludi l-klieb il-baħar, ir-rebekkini u r-rajji - li b'kollox tinkludi 'l fuq minn 1000 speċi. Fl-UE, il-qtugħ tal-pinen ("Shark Finning") diġà ilu pprojbit għal xi snin. Il-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid għandu jintroduċi miżuri ta' sorveljanza aktar stretti. Dawn għandhom jgħinu lill-ekosistema marina kollha kemm hi, li qed tbati minħabba li s-sajd dejjem qed isir aktar intensiv.

Fi tmiem din is-sena, il-grupp espert tal-IUCN għandu jippubblika rapport aġġornat dwar il-qagħda ta' 400 speċi ta' ħut kartilaġinuż.

Mistoqsijiet u tweġibiet fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Klieb il-Baħar Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli