Mogħdija tan-navigazzjoni

Ma rridux ikel perikoluż fil-platti tagħna - 17/07/2009

Tadam u zukkini għall-bejgħ © EC

Is-sistema ta' twissija tal-UE għas-sikurezza tal-ikel tidentifika prodotti tal-ikel perikolużi qabel ma jaslu fil-platti tal-konsumaturi.

Jgħidu li l-agħar ħaġa milli ssib dudu fit-tuffieħa tiegħek hi li ssib nofs dudu fit-tuffieħa. Iżda, filwaqt li l-preżenza ta' dudu fil-frott hi naturali u jaf saħansitra tipprova li t-tuffieħa tkabbret b'mod organiku, tipi oħra ta' kontaminazzjoni ta' ikel jistgħu jkunu perikolużi. Immaġina d-dijossini, jew melamina fl-ikel għat-trabi miċ-Ċina

Biex l-ikel u l-għalf perikoluż ma jidħolx f'darna, l-UE għandha sistema ta' twissija rapida għall-ikel u l-għalf (RASFF) English, li issa għalqet 30 sena. Din tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jiskambjaw minnufih informazzjoni dwar prodotti potenzjalment perikolużi u jirreaġixxu malajr.

Jekk jiġu identifikati problemi fi stadju bikri u l-informazzjoni tinxtered, il-prodotti jistgħu jitneħħew mis-suq malajr fl-UE kollha, jew aħjar minn hekk, jiġu identifikati qabel ma jkunu għall-bejgħ. L-awtoritajiet nazzjonali huma notifikati wkoll bi kwalunkwe prodotti importati li jiġu rifjutati milli jidħlu fl-UE minħabba raġunijiet ta' sikurezza.

Filwaqt li n-numru totali ta' twissijiet fl-2008 kien kważi l-istess bħall-2007, minn 7000, ħarġet biss 528 sejħa attwali għall-irtirar ta' prodotti, li tirrappreżenta nofs iċ-ċifra għall-2007. Dan juri li prodotti perikolużi qed jiġu identifikati kmieni, qabel ma joħorġu għall-bejgħ. Madwar 62% tat-twissijiet kienu għal prodotti li jiġu minn barra l-UE. Mikro-organiżmi patoġeniċi u mikotossini kienu l-iktar kawża frekwenti ta' tħassib.

It-30 sena tas-sistema ta' twissija ġiet iċċelebrata b' konfrenza fi Brussell English fis-16 ta' Lulju. Il-parteċipanti ddiskutew titjib possibbli u eżaminaw metodi kif ixerduh f'pajjiżi oħra. L-UE diġà pprovdiet finanzjament għall-ħolqien ta' sistema ta' twissija fix-Xlokk tal-Asja u organizzat seminars ta' taħriġ f'pajjiżi oħra biex tgħinhom jistabbilixxu sistema ta' twissija nazzjonali. L-għan eventwali hu li jingħaqdu s-sistemi ta' twissija nazzjonali u reġjonali kollha f'netwerk globali.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli