Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornament tat-tikketti tal-ikel - 29/05/2009

Tikketti għall-perżut, salami u zalzett© EC

Xi darba fil-futur qarib, l-Ewropej se jkunu jistgħu jixtru ftira u jkunu jafu minn fejn oriġina d-dqiq.

L-UE qed tikkunsdira li twessa' l-użu tat-tikketti tal-ikel English biex turi fejn tkabbar il-prodott. Dan il-pass ittieħed wara konsultazzjoni madwar l-Ewropa dwar il-kwistjonji tal-kwalità tal-ikel. Il-bdiewa, il-produtturi u l-konsumaturi wrew appoġġ qawwi għaż-żieda fl-użu tat-tikketti tal-lok tal-produzzjoni.

Dawn it-tikketti jindikaw il-pajjiż ta' ħsad u mhux fejn il-prodott ġei proċessat. Dawn huma diġà obbligatorji għal xi ftit mill-ikel mibjugħ fl-UE. Dawn il-prodotti jinkludu ċ-ċanga, it-tjur, il-frott, il-ħaxix, il-bajd, l-għasel, l-inbid u ż-żejt taż-żebbuġa.

F'dokument fejn tistqarr il-pożizzjoni tagħha DeutschEnglishfrançais , il-Kummissjoni qalet li se żżomm f'moħħha t-tħassib li għandhom il-proċessuri u l-bejjiegħa bl-imnut, li qed jinkwetaw minħabba d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom biex isibu l-oriġini tal-ingredjenti tal-ikel ipproċessat.

L-UE għandha fost l-aktar rekwiżiti agrikoli stretti fid-dinja . Iżda bosta konsumaturi jitħassbu dwar il-kwalità tal-prodotti li jaslu minn barra l-UE, aktar u aktar matul dawn l-aħħar snin fejn kellna tant każijiet tal-biża' li jinvolvu l-ikel importat.

Il-bdiewa Ewropej jippreferu t-tikketti minħabba l-fatt li dawn jagħmlu l-prodott tagħhom aktar attraenti kemm fl-UE u kemm fis-suq globali. Bosta jixtiequ li t-tikketti jkunu aktar preċiżi billi juru r-reġjun partikolari fejn tkabbar il-prodott.

Id-dokument isejjaħ ukoll għal tibdil biex titneħħa l-konfużjoni kkawżata mill-proliferazzjoni ta' tipi oħra ta' tikketti tal-ikel fl-UE. Ħafna pajjiżi, produtturi u bejjiegħa bl-imnut adottaw skemi li huma differenti minn dawk użati mill-UE.

Il-Kummissjoni trid tneħħi t-tikkettar tal-UE għall-identifikazzjoni u l-ħarsien tal-isem ta' prodotti tradizzjonali. L-iskema ġiet imndeija fl-1992 u minn dakinhar 'l hawn saru 20 reġistrazzjoni biss. Dawn jinkludu gallettini tradizzjonali Finlandiżi, ġobon mozzarella maħdum b'mod tradizzjonali Taljan u xi birer Belġjani.

It-tikketti tal-UE li jirreferu għall-oriġini ġerografiku ta' prodott għandhom jiġu riveduti wkoll. Eżempji ta' prodotti li għandom dan il-logo jinkludu l-ġobon Camembert mir-reġjun tan-Normandija fi Franza; prosciutto minn Parma, l-Italja; iż-żejt taż-żebbuġa Kalamata mill-Greċja; iċ-ċanga Scotch mir-Renju Unit u z-zalzett bratwurst minn Nuremberg, il-Ġermanja.

Sadanittant, qed jiġi żviluppat logo tal-UE għall-ikel organiku. Mill-2010, dan il-logo se jkun obbligatorju għall-prodotti organiċi kollha fl-UE.

Għin lill-UE toħloq logo għall-ikel organiku

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli