Mogħdija tan-navigazzjoni

Insalvaw l-istokkijiet tal-ħut tal-UE - 23/04/2009

Il-Kummissjoni titlob għajnuna għar-riforma tas-sajd tal-UE

Ninsabu fl-2020 u l-industrija tal-ħut miexja tajjeb ħafna. Is-sajd żejjed rampanti hu xi ħaġa tal-passat. Kważi l-istokkijiet tal-ħut Ewropej kollha ġew riġenerati, u max-xtut, iż-żgħażagħ qed jerġgħu jqisu s-sajd bħala mod attrajenti kif jaqilgħu il-ħobża ta' kuljum.

Jibda hekk ir-rapport tal-UE dwar il-futur tas-sajd tal-Ewropa English. Iżda d-dokument malajr jagħmilha ċara li din il-viżjoni hi ferm il-bogħod mir-realtà. U biex din isseħħ, l-UE għandha bżonn ta' bidla radikali tal-politika.

Ir-rapport hu l-ewwel pass lejn approċċ kompletament differenti. Fix-xhur li ġejjin, il-Kummissjoni se titlob parir minn dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-industrija biex jissawwar pjan ġdid.

"M’aħniex inħarsu lejn sempliċiment riforma oħra", qal il-Kummissarju għall-affarijiet marittimi Joe Borg. "Qegħdin nistaqsu saħansitra dwar is-sisien tal-politika ta’ bħalissa u għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu."

Normalment il-politika kurrenti danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska - mibdula l-aħħar fl-2002 - ma kellhiex tiġi riveduta qabel l-2012. Iżda s-sitwazzjoni saret wisq prekarja biex nistennew daqshekk fit-tul.

88% tal-istokkijiet tal-ħut Ewropej diġà huma mistada żżejjed, meta mqabbla ma' 25% biss madwar id-dinja. Kważi ħuta minn tlieta ma tistax tirriproduċi b'mod normali minħabba li l-ġenerazzjoni tal-ħut riproduttiv hija sfruttata żżejjed. Per eżempju, fil-Baħar tat-Tramuntana 90% tal-merluzz jinqabad qabel ma jkun irriproduċa.

Dan jgħin jispjega għalfejn l-Ewropea, li hi l-ikbar poter tas-sajd wara ċ-Ċina, issa timporta żewġ terzi tal-ħut tagħha.

Il-problema ewlenija hi li għad hemm wisq bastimenti tas-sajd jistadu għal ftit wisq ħut. Il-flotta Ewropea li tikkonsisti f'madwar 88,000 bastiment ta' daqs u kapaċità differenti, naqset f'dawn l-aħħar snin, iżda l-effett ftit li xejn qed jinħass minħabba l-progress fit-teknoloġija li qed jagħmel id-dgħajjes iktar effiċjenti. Hemm bżonn ta' iktar tnaqqis biex l-istokkijiet jiġu riġenerati u tiġi żgurata l-vijabilità ekonomika.

Ir-rapport jisħaq ukoll fuq is-sussidji għoljin li l-gvernijiet iħallsu lill-industrija, li wasslu għal iktar sajd żejjed.

L-UE tistabbilixxi kwoti fuq il-qabdiet iżda dawn ma rnexxielhomx iġeddu l-ibħra u mhumiex popolari. Is-sajjieda Franċiżi dan l-aħħar blokkaw diversi portijiet fil-Kanal Ingliż biex jipprotestaw dwar il-kwoti tal-lingwata u l-merluzz.

L-industrija għadha sors importanti ta' impjieg iżda ħafna mix-xogħol jinsab fl-ipproċessar, l-ippakkjar u attivitajiet oħra mhux relatati mas-sajd. Madwar 190,000 persuna huma direttament involuti fis-sajd.

Aktar dwar il-politika tas-sajd tal-UE danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli