Mogħdija tan-navigazzjoni

Uffiċjali tal-UE fuq il-post - 18/03/2009

Bidwi jagħlef il-baqar © EC

L-UE tirrapporta progress fl-isforzi għas-simplifikazzjoni tar-regoli għall-bdiewa

L-uffiċjali tal-UE fil-qasam agrikolu dalwaqt se jkunu jistgħu jiskopru r-realtà fuq il-post. Mis-sena d-dieħla, it-taħriġ tagħhom fuq il-post se jinkludi perjodu f'razzett.

Xi drabi, r-regolaturi jitqiesu bħala nies maqtugħin mir-realtà ta' dawk li jaqdu. Il-programm biex tinkiseb l-esperjenza jara li l-uffiċjali ċivili jifhmu sew ir-realtajiet tal-ħajja ta' kuljum f'razzett u b'hekk joħolqu politiki iktar adattati. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra wkoll li tħarreġ lill-uffiċjali kif jiktbu testi legali f'lingwaġġ li jinftiehem minn kulħadd.

Il-miżuri huma ppreżentati f'rapport tal-Kummissjoni българскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuviu kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska dwar azzjonijiet li jagħmlu r-regoli agrikoli tal-UE iktar trasparenti, eħfef biex jinftiehmu u ta' inqas piż għall-bdiewa.

Kulħadd hu tal-fehma li l-politika agrikola tal-UE hi kumplikata. Il-Kummissarju tal-agrikoltura Mariann Fischer Boel darba ddeskrivietha bħala "foresta kbira" li ma teżisti l-ebda mappa għaliha. Dan kien f'Ottubru 2006, meta l-Kummissarju nediet pjan ta' azzjoni biex tonqos il-burokrazija DeutschEnglishfrançais għall-bdiewa.

Issa li għaddew iktar minn sentejn, sar progress sostanzjali, b'tibdiliet li jwiegħdu li jiffrankaw miljuni ta' ewro fi spejjeż amministrattivi lill-bdiewa. Waqt li jħares 'il quddiem, ir-rapport jgħid li l-UE se tilħaq l-għan tagħha li tnaqqas il-piż amministrattiv b'tal-anqas 25% sal-2012.

Ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn x'inkiseb s'issa. Mijiet ta' liġijiet skaduti tneħħew u oħrajn inġabru f'test wieħed. Il-proċeduri amministrattivi ġew simplifikati u f'xi każijiet tneħħew għal kollox. Biex nagħtu eżempju, ħafna iktar produtturi, l-iktar taċ-ċereali, issa jistgħu jimportaw u jesportaw mingħajr liċenzja.

F'dawn l-aħħar għoxrin sena saru riformi estensivi fil-politika agrikola komuni (PAK) English. L-aktar riċenti saret fl-2003 meta l-UE neħħiet l-għajnuna agrikola bbażata fuq il-produzzjoni.

Fil-Ħarifa li għaddiet il-mexxejja tal-UE laħqu ftehim dwar proposti tal-Kummissjoni biex ir-riforma tiġi estiża DeutschEnglishfrançais. Permezz ta' iktar libertà lill-bdiewa biex ikabbru dak li jrid is-suq, l-iskema mistennija tiffranka lill-industrija €281miljun f'burokrazija.

B'użu aħjar tat-teknoloġija tal-informazzjoni jistgħu jiġu frankati €400 miljun oħra, jgħid ir-rapport.

B'dan kollu anke l-UE tiffranka l-flus. L-UE tonfoq madwar €55 biljun fis-sena (madwar 40% tal-baġit tal-UE) fuq il-politika agrikola. Il-baġit agrikolu kurrenti jkopri s-snin 2007-2012. Id-diskussjonijiet dwar il-perjodu ta' finanzjament li jmiss se jibdew din is-sena.

Analiżi tal-PAK DeutschEnglishfrançais

 

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli