Mogħdija tan-navigazzjoni

Rikonsiderazzjoni tal-biedja - 19/11/2008

Regoli ġodda tal-UE jagħtu aktar libertà lill-bdiewa biex iwieġbu għad-domanda.

Għall-ewwel darba wara tant snin, il-ministri tal-UE għall-agrikoltura din il-ġimgħa se jiltaqgħu biex jaġġornaw il-politika agrikola u se jħarsu lejn modi kif jagħtu spinta lill-produzzjoni tal-ikel minflok joħonquha.

Din hija bidla kbira minn żmien il-"gliegel tal-inbid" u l-"muntanji tal-butir" meta l-produzzjoni żejda kronika baxxiet il-prezzijiet u ħalliet lil ħafna bdiewa dipendenti fuq l-għotjiet tal-UE.

Attwalment il-prezzijiet tal-ikel qed jogħlew u l-bdiewa madwar id-dinja qed jissietlu biex ilaħħqu mad-domanda globali li kull ma jmur qed tiżdied. Ir-regoli tal-UE għandhom jgħinu lill-agrikoltura Ewropea permezz ta' żieda fl-esportazzjoni.

Il-ministri se jikkunsidraw tibdil propost DeutschEnglishfrançais varju li jinkludi t-trażżin fl-għajnuna agrikola, tneħħija tar-regoli dwar iż-żamma ta' art mhux maħduma u t-tneħħija tal-kwoti fuq il-ħalib. Bħal ma ġara fir-riformi preċedenti, il-miżuri huma mfassla biex jagħtu l-libertà lill-bdiewa biex iwieġbu għaż-żieda fid-domanda u l-isfidi l-ġodda li qed iħabbtu wiċċhom magħhom bħal per eżempju t-tibdil klimatiku, il-ġestjoni tal-ilma, il-bijodiversità u ż-żieda tal-bijofjuwils.

Matul dawn l-aħħa għoxrin sena, il-politika agrikola komuni tal-UE – il-PAK DeutschEnglishfrançais – sarulha riformi estensivi. L-aħħar tibdil sar fl-2003 meta l-UE neħħiet l-għajnuna relatata mal-produzzjoni agrikola li kienet ħeġġet lill-bdiewa jipproduċu aktar milli jistgħu jbiegħu. L-iskema l-ġdida xorta tibqa' tappoġġa l-qliegħ tal-bdiewa iżda tagħtihom aktar libertà biex ikabbru dak li s-suq irid. Min-naħa tagħhom dawn għandhom jissodisfaw il-livelli ambjentali, il-benessri tal-annimali u l-kwalità tal-ikel.

Il-Kummissjoni trid terġa' twassal il-flus imwarrba fl-iżvilupp rurali. Dan mistenni jintlaqa' tajjeb mit-12-il membru l-ġdid tal-UE li mill-adeżjoni tagħhom 'il hawn kellhom jimmodernizzaw rapidament is-setturi agrikoli tagħhom.

IL-PAK ġiet introdotta biex tipprovdi lill-bdiewa livell ta' għajxien xieraq, tassigura ikel suffiċjenti bi prezzijiet ġusti u tħares il-wirt rurali tal-Ewropa. Kull sena din tammonta għal €55 biljun u tirrappreżenta 40% tal-baġit tal-UE. Is-settur agrikolu tal-UE jimpjega 5% tal-popolazzjoni attiva fis-settur tax-xogħol.

Din is-sena, id-dinja rat żieda qawwija u ħesrem fil-prezzijiet tal-ikel DeutschEnglishfrançais li qajmet ilmenti f'bosta pajjiżi. U b'domanda li qed tiżdied fi swieq li qed jikbru bħaċ-Ċina u l-Indja, il-prezzijiet mistennija li jibqgħu għoljin fil-ġejjini qarib.

PAK Analiżi tas-sitwazzjoni - Mistoqsijiet frekwenti (FAQs) English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli