Mogħdija tan-navigazzjoni

Inċekknu x-xibka kontra s-sajd żejjed - 14/11/2008

Xibka qed tiġi mbattla fuq bastiment tas-sajd bit-tkarkir © EC

Passi ġodda għall-assigurazzjoni li r-regoli tas-sajd jiġu mħarsa madwar l-UE.

Is-sajd fl-UE huwa rregolat biex jipproteġi l-istokkijiet mis-sajd żejjed u jipprevjeni danni lill-ekosistemi marittimi. Ir-responsabilità għall-iżgurar li r-regoli qed jiġu mħarsa, tinsab f'idejn il-pajjiżi tal-UE. Proposta ġdida tfittex biex tassigura li r-regoli huma infurzati b'mod aktar effettiv.

Il-proċeduri ta' kontroll españoldanskDeutschελληνικάEnglishfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska għall-qabdiet tas-sajjieda, li jinkludu spezzjonijiet, se jiġu standardizzati sabiex jassiguraw li r-regoli qed jiġu applikati bl-istess mod madwar l-UE. Il-Kontrolli jseħħu f'kull ħolqa tal-katina li twassal ħuta mix-xibka għall-platt - il-baħar, ġol-port, matul it-trasport u fuq is-suq.

Il-konformità mar-regoli se tiġi ffaċilitata permezz ta' simplifikazzjoni tar-regolament u l-assigurazzjoni li l-penali għas-sajd illegali huma simili madwar l-UE. Eventwalment, għal dawk li jwettqu l-offiżi ripetutament il-permessi tas-sajd ikunulhom sospiżi. It-tibdil huwa maħsub ukoll biex irawwem kultura ta' konformità sabiex kull min jaħdem fl-industrija jħossu responsabbli tal-futur tagħha.

"Il-futur tas-sajd sostenibbli jitlobna nbiddlu sistema ineffiċjenti, li tqum ħafna flus u kumplessa ma' waħda li tista' tagħti l-frott," qal il-Kummissarju għall-affarijiet marittimi u s-sajd Joe Borg. "Nemmen li din il-proposta se tagħti lil dawk kollha involuti l-għodod li jeħtieġu biex jagħmlu xogħolhom."

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se jkollha kapaċità akbar tassigura li l-gvernijiet tal-UE qed jinfurzaw il-politika tas-sajd. Din tippermetti lill-Kummissjoni twaqqaf is-sajd b'aktar faċilità u timponi penali finanzjarji lill-gvernijiet tal-UE.

Għal darb'oħra, skont ċifri li ħarġu aktar kmieni matul dan ix-xahar mill-Kummissjoni, fl-2008 il-biċċa l-kbira tal-istokkijiet ġew mistada żżejjed. Il-limiti tal-qabda jinsabu fis-seħħ sabiex jevitaw is-sajd żejjed u jippermettu lill-istokkijiet vulnerabbli bħall-merluzz, il-haddock u l-merlangu, jerġgħu jissaħħu fil-popolazzjoni tagħhom.

Is-27 ministri tal-UE għas-sajd se jiddiskutu dawn il-proposti meta jiltaqgħu f'Diċembru.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli