Mogħdija tan-navigazzjoni

Reviżjoni tar-regoli tal-biċċeriji - 19/09/2008

Baqar maqfulin

Proposta tal-UE dwar il-ħarsien tal-annimali titlob bidliet fil-mod kif jinqatlu l-baqar, qżieqeż, tiġieġ u annimali oħra fil-biċċeriji.

Skont ir-regoli l-ġodda English , il-biċċeriji għandhom jissorveljaw l-annimali wara li jiġu storduti biex ikun żgurat li ma jistembħux qabel ma jinqatlu.

Kull sena fl-UE jinqatlu kważi 360 miljun qażquż, nagħġa, mogħża u baqra kif ukoll bosta biljuni tiġieġa għal laħamhom. Jinqatlu wkoll 25 miljun annimal għal sufhom, u meta jfaqqas il-bajd tat-tiġieġ jinqatlu madwar 330 miljun fellus maskili meta jkun għad għandhom ġurnata. U l-influwenza tal-għasafar kif ukoll il-marda tal-ilsien u d-dwiefer wasslet għall-qtil ta' miljuni ta' annimali oħra f'dawn l-aħħar snin.

Il-biċċeriji huma meħtieġa jistordu l-bhejjem qabel ma joqtluhom biex jimminimizzawlhom l-uġigħ u l-paniku. Imma r-regoli ta' kif dan għandu jsir ilhom ma jidbiddlu mill-1993 u issa għandhom jiġu aġġornati biex jaslu max-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll it-tħassib dwar il-ġid tal-annimali.

L-istordament jinvolvi l-użu tal-elettriċità, il-gas jew il-forza (bħal xi air gun) biex l-annimal jintilef minn sensieh. L-ebda metodu m'hu 100% effiċjenti, u xi annimali jqumu fl-aħħar ftit minuti qabel il-qatla.

Il-proposta ma tipprojbixxix il-mezzi attwali tal-istordament, imma tillimita l-użu ta' ċertu metodi. Taf li x-xjenzati għandhom ir-riservi tagħhom dwar kemm huma umani ż-żewġ metodi – l-iggassjar bid-dijossidu tal-karbonju u l-banjijiet bl-ilma elettriċizzat – imma jinnotaw li m'hemmx alternattivi kummerċjali.

Ukoll fil-proposta:

  • il-biċċeriji għandu jkollhom uffiċjal għall-benessri tal-annimali jaħdem magħhom
  • il-ħaddiema għandhom ikunu mħarrġa kif suppost u kkwalifikati regolarment fil-benessri tal-annimali
  • il-manifatturi għandhom jipprovdu istruzzjonijiet dwar kif irid jiġi użat bl-aktar mod effiċjenti t-tgħamir tal-isturdament
  • il-biċċeriji għandhom jitfasslu apposta għall-benessri tal-annimali.
  • għandhom jinħolqu ċentri ta' referenza biex jgħinu l-uffiċjali responsabbli mill-ispezzjonar tal-biċċeriji. ħafna drabi l-ispetturi jkollhom il-problemi biex jevalwaw l-effiċjenza ta' sistemi kumplessi tal-istordiment.
  • l-awtoritajiet għandhom jinżammu ħafna aktar responsabbli mill-pubbliku. Ħafna nies iddispjaċihom bil-qtil tal-massa fuq l-annimali waqt l-epidemija tal-ilsien u d-dwiefer. Il-marda ma tagħmilx ħsara lin-nies u rari toqtol lill-annimali.

 

Il-miżuri jirrekjedu l-approvazzjoni tal-gvernijiet nazzjonali kollha (27 b'kollox) tal-UE. Il-biċċeriji fil-pajjiżi barra mill-UE li jesportaw il-prodotti tagħhom lejn l-UE iridu jżommu livelli simili.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli