Mogħdija tan-navigazzjoni

Għajnuna ta' ikel għandha tilħaq aktar foqra fl-Ewropa - 17/09/2008

Kaxxa kaboċċi fost ħafna kaxex f'maħżen tal-ikel

Il-Kummissjoni tipproponi aktar fondi għall-iskema ta' distribuzzjoni b'xejn tal-ikel biex tgħin lill-ifqar nies tal-UE.

L-iskema tad-distribuzzjoni tal-ikel tal-UE DeutschEnglishfrançais ilha li nbdiet mill-1987. Iżda filwaqt li l-prezzijiet għoljin tal-ikel wasslu għal żieda fl-għadd ta' familji fil-bżonn, l-istokkijiet żejda tal-ħxejjex użati fl-imgħoddi issa naqsu sew - grazzi għar-riforma attwali fil-politika tal-agrikoltura komuni.

Il-proposta tal-Kummissjoni trid iżżid il-baġit għall-għajnuna ta' ikel b'żewġ terzi għal madwar €500m – mill-2009 – sabiex tilħaq dejjem aktar mill-familji foqra fl-Ewropa DeutschEnglishfrançais. Għall-ewwel, l-UE se tiffinanzja 75% tal-ispejjeż (85% fl-ifqar żoni), imma sal-2015 l-ispejjeż għandhom jinqasmu 50/50 bejn l-UE u l-pajjiżi membri (u 75/25 fl-ifqar żoni).

Il-proposta l-ġdida tippermetti wkoll lill-pajjiżi jagħżlu liema ikel iqassmu – skond il-ħtieġa lokali u kriterji ta' nutrizzjoni. Pjanijiet għad-distribuzzjonijiet tal-ikel għal tliet snin jiżguraw il-kontinwità u tmexxija aħjar.

Meta l-irziezet tal-UE kienu qed jipproduċu aktar ikel minn kemm setgħet tikkonsma l-popolazzjoni tal-UE, iż-żejjed kien jingħata lil min kellu bżonn. Din kienet l-aktar soluzzjoni ovvja, speċjalment fix-xitwa ħarxa tal-1987. Minn dak iż-żmien, l-ikel żejjed ingħata lil karitajiet u skemi soċjali biex jitqassam f'kull pajjiż tal-UE. Min-nofs id-Disgħinijiet, l-istokkijiet agrikoli relattivament żgħar żdidilhom ikel mixtri mis-suq.

Fl-2006, iktar minn 13-il miljun ruħ fl-UE bbenefika mill-iskema. Iżda madwar 43 miljun ruħ huma meqjusa fil-periklu ta' faqar nutrittiv, jiġifieri li ma għandhomx biex jixtru ikla li tikkonsisti f'laħam, tiġieġ jew ħut jum iva u jum le. L-għajnuna normalment titqassam lil firxa kbira ta' nies, inklużi familji f'diffikultà, xjuħ, dawk ta' bla saqaf, dawk b'diżabilità u dawk li jeħtieġu l-kenn politiku.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli