Mogħdija tan-navigazzjoni

Flotot multinazzjonali jissieltu biex isalvaw il-merluzz u t-tonn - 29/07/2008

Il-bastiment ta’ sorveljanza Jean Charcot

Il-pajjiżi ta’ l-UE iniedu flimkien sorveljanza fuq il-baħar f'battalja kontra s-sajd żejjed ta ħut ipperikolat.

Fi Frar, ħames bastimenti appoġġati minn ajruplani ta’ sorveljanza ħarġu fil-Baħar Baltiku. Il-missjoni tagħhom kienet li jwaqqfu s-sajd żejjed españoldanskDeutschελληνικάEnglishfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska tal-merluzz li dari kien numeruż ferm f'dawn l-ilmijiet inġazzati, imma li l-ġurnata tal-lum kważi għeb fix-xejn.

F’ġimgħatejn, l-ispetturi Daniżi, Pollakki, Litwani u Żvediżi għamlu 112 żjara b’sorpriża fuq dgħajjes fil-baħar kif ukoll huma u deħlin lura fil-port. Sabu għaxar vjolazzjoni li, il-parti l-kbira tagħhom, irrappurtaw li qabdu inqas minn kemm kienu fil-fatt qabdu.

Il-ħidma kienet organizzata mill-Aġenzija ta' l-UE dwar il-Kontroll fuq is-Sajd English li tirrekluta l-pajjiżi ta’ l-UE fi sforzi konġunti biex twaqqaf is-sajd illegali. L-Aġenzija nħolqot fl-2005 minħabba tħassib li l-kwoti tal-qabdiet u regoli oħra ma kienux qed jiġu nfurzati uniformament. Għandha baġit annwali ta’ €5m u madwar 50 impjegat.

S’issa l-Aġenzija ikkoordinat madwar 20 missjoni ta’ dan it-tip, l-aktar fil-Baħar Baltiku u dak tat-Tramuntana. Imma dawk mhumhiex l-uniċi ibħra fejn ħadmet l-Aġenzija. Filwaqt li l-ispetturi xtarrew il-Baltiku fi Frar, il-bastiment tas-sorveljanza Franċiż Jean Charcot  English imqabbad mill-Aġenzija, issielet maltempati kontinwi biex jissorvelja l-inġenji tal-baħar fl-Atlantiku tal-Majjistral.

L-Aġenzija issa dawret ħarsitha lejn ibħra aktar kalmi. Fl- akbar kampanja kontra s-sajd żejjed li qatt għamlet s'issa españolDeutschελληνικάEnglishfrançaisitalianoportuguês, l-Aġenzija qed tikkoordina l-iskjerament ta’ madwar 50 bastiment ta' sorveljanza, 16-il ajruplan u 30 spettur fil-Mediterran u l-Atlantiku tal-Lvant biex irażżnu l-pressjoni fuq it-tonn bluefin li jinsab ipperikolat. Qed jipparteċipaw seba’ pajjiżi : Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall u Spanja.

FFFid-19 ta’ Lulju, l-Aġenzija inawgurat il-Kwartieri Ġenerali ġodda tagħha f’Vigo, Spanja. Il-Kummissarju ta' l-UE inkarigat mis-Sajd, Joe Borg kien fost l-uffiċjali li attendew iċ-ċelebrazzjoni.  

L-UE hija t-tielet l-akbar produttur tad-dinja fis-settur tas-sajd u l-akwakultura u esportatur ewlieni ta’ prodotti tal-ħut ta’ valur għoli. Il-parti l-kbira tal-qabdiet ta’ l-UE isiru fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli