Mogħdija tan-navigazzjoni

Pass biex nimmodernizzaw il-politika agrikola fl-UE - 20/05/2008

EU farming policy adjustment will allow farmers to maximise production potential to meet growing food demand.

Din il-ġimgħa saru xi proposti biex nimmodernizzaw u nissimplifikaw il-politika agrikola komuni (PAK), filwaqt li l-UE tipprova trażżan l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet ta’ l-ikel madwar id-dinja.

“L-importanti hu li neħilsu l-bdiewa tagħna biex ileħħqu mad-domanda dejjem tikber u jirrispondu malajr għal dak li qed jitlobhom is-suq”, qalet Mariann Fischer Boel, il-Kummissarju tal-biedja fl-UE.

il-modifikazzjoni proposta fil-PAK DeutschEnglishfrançaistinkludi:

  • it-twaqqif tar-regoli tat-twarrib li jirrekjedu lill-bdiewa jħallu 10% mill-art tagħhom mhux maħdum
  • it-twaqqif gradwali tal-kwoti fuq il-ħalib b’1% kull sena bejn l-2009 u l-2013
  • is-simplifikar tar-rabta bejn is-sussidji u l-livelli ta' kwalità ta' l-ikel, il-benessri ta' l-annimali u l-ambjent
  • aktar appoġġ flessibbli għas-setturi bi problemi speċjali
  • it-twassil ta’ xi għajnuna diretta lejn l-iżvilupp rurali, biex tappoġġa l-enerġija rinnovabbli, il-ġestjoni ta’ l-ilma u l-biodiversità kif ukoll miżuri li jindirizzaw it-tibdil klimatiku
  • it-tmiem ta’ l-intervenzjoni fis-suq f’ċertu oqsma biex il-bidwi jkun jista’ jirrispondi aktar malajr għat-tendenzi tas-suq

Flimkien ma’ dawn il-proposti, l-UE ppubblikat ukoll xi risposti possibbli ta’ politika DeutschEnglishfrançais għall-kriżi globali ta’ l-ikel. Barra mill-aġġornament fil-PAK, id-dokument ta' politika jaqbel ma' inizjattivi li jassiguraw il-provvisti ta' l-ikel u jżidu l-kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi aktar foqra.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli