Mogħdija tan-navigazzjoni

Int dak li tiekol - anki jekk ma tafx x’inhu! - 07/02/2008

Bziezen u prieżet

It-tikkettar fuq il-prodotti ta’ l-ikel se jsiru aktar ċari u rilevanti skond proposta ġdida tal-Kummissjoni.

It-tikketti suppost iservu l-iskop tagħhom u jgħidulna b’mod ċar dak li rridu nkunu nafu. It-tikketti ta' l-ikel English huma prezzjużi mmens biex jgħarrfu l-għażliet tagħna bħala konsumaturi u għandhom ikopru kollox minn kundizzjonijiet li jheddu l-ħajja bħall-allerġiji għall-karawett, għall-affarijiet inqas perikolużi bħal ngħidu aħna l-imluħa u t-tipi ta' xaħam.

Skond proposta ġdida tal-Kummissjoni English, l-aktar tagħrif importanti għandu jintwera fuq quddiem tal-pakkett. Informazzjoni dwar prodotti allerġiċi (karawett, ħalib, mustarda u ħut) tkun preżenti mhux biss fuq l-ikel ippakkjat imma ukoll fuq l-ikel tar-ristoranti, kafeteriji, eċċ.

It-tikkettar ċar jgħinna nieklu b’mod aktar għaqli, peress li jurina eżattament x’qed nixtru. Skond ir-regoli l-ġodda, it-tagħrif dwar l-enerġija, ix-xaħam, il-karboidrati, iz-zokkor u l-melħ ikollhom jiġu ddikkjarati f’kull 100ml jew gramma (jew f’kull porzjon tal-prodott) u l-proporzjon ta’ kemm suppost nieħdu kuljum (RDA).

Ġie propost daqs minimu ta’ 3mm għall-kitba fuq it-tikketti. Dan ifisser li ma jkollniex nibqgħu naqilgħu għajnejna biex insibu t-tagħrif li rridu. L-islogans promozzjonali mhux se jibqgħu jitħallew itellifna milli naqraw it-tagħrif obbligatorju.

Waqt li introduċa l-proposta, il-Kummissarju tas-saħħa DeutschEnglishfrançais Kyprianou spjega li t-tikketti ta' l-ikel jista' jkollhom influwenza kbira f'dak li l-konsumaturi jagħżlu li jixtru. It-tikketti b’wisq tagħrif jew tagħrif qarrieqi ma jgħinux lill-konsumatur anzi jispiċċaw jifxluh. Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura li t-tikketti ta’ l-ikel ikollhom it-tagħrif essenzjali b’mod ċar u leġġibbli biex iċ-ċittadini ta' l-UE ikunu kapaċi jagħmlu l-għażliet ta' l-ikel tagħhom aktar bilanċjati".

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli