Il-baċir tal-Mediterran

Il-Baħar Mediterran

Għalkemm il-Baħar Mediterran huwa mdawwar minn aktar minn 20 pajjiż, ħafna minnu jinsab barra mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali. Għalhekk il-kooperazzjoni hi essenzjali biex

  • timmaniġġja attivitajiet marittimi
  • tipproteġi l-ambjent marittimu u l-wirt marittimu
  • tipprevjeni u tiġġieled kontra t-tniġġis
  • ittejjeb is-sigurtà u s-sikurezza fuq il-baħar
  • tippromwovi tkabbir blu u l-ħolqien tal-impjiegi.

Fir-reġjun tal-Mediterran, il-politika marittima integrata hi mfassla biex ittejjeb il-kooperazzjoni u l-governanza filwaqt li tinkuraġġixxi t-tkabbir sostenibbli. Din tinkludi dan li ġej:

  • Il-Gruppi ta' Ħidma għal Politika Marittima Integrata fil-Mediterran, li jinvolvu l-pajjiżi kollha bi fruntiera mal-Mediterran u l-organizzazzjonijiet reġjonali li jiltaqgħu kull sena.
  • Il-kooperazzjoni tripartita bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali - biex jiżviluppaw setturi marittimi fil-Mediterran, speċjalment fil-pajjiżi msieħba fin-Nofsinhar tal-UE. B'segwitu għal din il-kooperazzjoni u t-12-il Konferenza FEMIP, it-tliet partijiet qed jaħdmu flimkien mas-segretarjat tal-Unjoni għall-Mediterran u l-pajjiżi kkonċernati, fuq ideat ewlenin inklużi
    • l-iżvilupp ta’ clusters marittimi
    • il-promozzjoni ta’ netwerk ta’ istituti u akkademji ta’ taħriġ marittimu
    • l-iżvilupp ta’ ċentru virtwali tal-għarfien tal-baħar u l-affarijiet marittimi fil-Mediterran.
  • Il-Proġett dwar il-Politika Marittima Integrata għall-Mediterran - proġett tal-Istrument tal-Politika Ewropea tal-Viċinat iffinanzjat mill-pajjiżi tan-nofsinhar biex jgħin lill-pajjiżi tal-viċinat tan-nofsinhar jiżviluppaw strateġiji għall-affarijiet tal-baħar u marittimi.
  • L-iżvilupp ta' strateġiji subreġjonali biex jiġu sfruttati l-vantaġġi u jiġu indirizzati d-dgħjufijiet ta' reġjuni marittimi partikolari, eż. l-Istrateġija l-ġdida tal-UE għar-reġjun Adrijatiku u Jonju u l-pjan ta' azzjoni tagħha.
  • Kull sena, il-Forum għall-Funzjonijiet tal-Gwardja Kostali tal-Mediterran - entità volontarja, indipendenti u mhux politika - tlaqqa' flimkien l-amministrazzjonijiet, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji li jaħdmu fuq kwistjonijiet ta' gwardja kostali mill-pajjiżi kollha tal-Mediterran. Il-forums huma ffinanzjati mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
  • Sforzi li għaddejjin għall-iżvilupp ta' Ċentru ta' Għarfien Virtwali għall-affarijiet tal-baħar u marittimi fil-Mediterran, biex tiġi konsolidata u mxerrda informazzjoni ġenerali, teknika u settorjali. Iċ-ċentru se jtejjeb is-sinerġiji bejn l-inizjattivi u l-proġetti, jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, jippromwovi l-investiment u l-innovazzjoni, u jappoġġja l-kummerċ marittimu.
  • Dalwaqt se jiġu ffinalizzati żewġ studji:

    (a) Attivitajiet ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' clusters marittimi fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed - biex jiġu identifikati clusters eżistenti, joħorġu l-punti b'saħħithom u dawk dgħajfa tat-tipi differenti ta' clusters, u tiġi eżaminata l-possibbiltà biex jiġu żviluppati clusters nazzjonali u tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn il-clusters fil-livelli subreġjonali

    (b) Il-Baħar Mediterran – L-identifikazzjoni ta' elementi u l-ambitu ġeografiku tal-kooperazzjoni marittima, parti munn studju usa' dwar it-tkabbir potenzjali tal-kummerċ marittimu fil-Mediterran, il-Baħar Adrijatiku u Jonju u l-Baħar l-Iswed. L-għan hu li tiġi vvalutata l-kooperazzjoni marittima eżistenti, jiġi enfasizzat il-valur miżjud ta’ kooperazzjoni bejn il-baċiri tal-baħar u jiġu identifikati u proposti l-aħjar kontenut, ambitu ġeografiku u proċess biex tiġi żviluppata aktar il-kooperazzjoni bejn il-baċiri tal-baħar.
     
    Fl-2014, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd se jniedi:

    (a) studju dwar in-netwerking bejn akkademji u istituti ta' taħriġ marittimu fir-reġjun tal-Mediterran biex jiġi vvalutat jekk u kif tali netwerk jista' jitwaqqaf u jekk dan ikollux valur miżjud, kif ukoll attivitajiet relatati mal-gwardja kostali

    (b) grupp ta' riċerka biex jiffavorixxi l-iżvilupp u l-innovazzjoni fl-ekonomija marittima permezz ta' Ċentru ta' Għarfien Virtwali għall-affarijiet tal-baħar u marittimi fil-Mediterran.

Il-kooperazzjoni reġjonali mal-imsieħba tal-Mediterran

Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Lvant Nofsani ilhom jiżviluppaw permezz tal-Partenarjat Ewro-Mediterranju, stabbilit bid-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona fl-1995. Aktar reċentement, il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) bdiet tfassal ir-relazzjonijiet bejn l-UE u dawn ir-reġjuni.

Il-Partenarjat Ewro-Mediterranju – jew il-Proċess ta’ Barċellona – huwa forum reġjonali għal kooperazzjoni politika, ekonomika u soċjali, li jeżisti flimkien ma' ftehimiet bilaterali ta’ assoċjazzjoni u l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-PEV. Il-proċess reġa' tnieda meta ġiet stabbilita l-Unjoni għall-Mediterran fl-2008.

Il-proġetti tal-baħar u marittimi ffinanzjati mill-UE jaqgħu f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika. Xi eżempji huma:

Dokumenti ewlenin

L-isfruttar tal-potenzjal marittimu tal-Ewropa

Aktar informazzjoni

Il-Forum Marittimu

Atlas Ewropew tal-Ibħra

In-Netwerk Ewropew għall-Osservazzjoni u d-Dejta tal-Baħar (EMODnet)

EUROSTAT

  • Ċifri dwar ir-Reġjun tal-Mediterran

Affarijiet marittimi

Aħbarijiet