L-enerġija mill-oċeani

X’inhi?

Turbina tal-kurrenti tal-marea li ttellgħet għall-manutenzjoni. Ħajr lill-Assoċjazzjoni Ewropea dwar l-Enerġija mill-Oċeani u t-Turbini tal-Kurrenti Marini.

L-ibħra u l-oċeani tagħna joffru riżorsi vasti ta’ enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari, iżda mhux biss, tul il-kosta tal-Atlantiku. Qed jiġu żviluppati teknoloġiji tal-enerġija mill-oċeani li jisfruttaw il-potenzjal tal-marei u l-mewġ kif ukoll id-differenzi fit-temperatura u s-salinità.

Għaliex azzjoni fil-livell tal-UE?

L-iżvilupp ta’ dan is-settur emerġenti mhux biss jgħinna niksbu l-enerġija rinnovabbli u l-miri għat-tnaqqis ta’ gassijiet b'effett serra, iżda jista’ jistimula t-tkabbir ekonomiku permezz tal-innovazzjoni u joħloq impjiegi ġodda ta’ kwalità għolja.

L-UE diġà tappoġġa l-iżvilupp tat-teknoloġija permezz tal-programm tagħha dwar ir-riċerka. Fil-komunikazzjoni dwar it-Tkabbir Blu ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni ħabbret li se tevalwa għażliet oħra u tagħti proposta ta' azzjoni fl-2013.

Dokumenti uffiċjali

Aktar informazzjoni

Affarijiet marittimi

Fittex

Abbona fin-newsletter elettronika tagħna

Aħbarijiet