Ippjanar spazjali marittimu

1. X'inhi?

Il-Finlandja © Lionel Flageul

Dan hu dwar l-ippjanar meta u fejn l-attivitajiet umani jsiru fuq il-baħar – biex jiġi żgurat li dawn ikunu kemm jista’ jkun effiċjenti u sostenibbli. L-ippjanar tal-ispazju marittimu jinvolvi partijiet interessati b’mod trasparenti fl-ippjanar tal-attivitajiet marittimi.

F'Lulju, 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw leġiżlazzjoni biex jinħoloq qafas komuni għall-ippjanar tal-ispazju marittimu fl-Ewropa. Filwaqt li kull pajjiż tal-UE se jkun ħieles biex jippjana l-attivitajiet marittimi tiegħu, l-ippjanar lokali, reġjonali u nazzjonali f'ibħra komuni se jsir aktar kompatibbli permezz ta’ sett ta’ rekwiżiti minimi komuni.

2. Għaliex l-UE teħtieġ regoli għall-ippjanar tal-ispazju marittimu?

Il-kompetizzjoni għall-ispazju marittimu – għat-tagħmir tal-enerġija rinnovabbli, l-akkwakultura u oqsma oħrajn ta’ tkabbir ekonomiku – enfasizzat il-ħtieġa għal immaniġġjar effiċjenti, biex jiġi evitat konflitt potenzjali u l-ħolqien tas-sinerġiji bejn attivitajiet differenti.

3. X’inhuma l-benefiċċji tal-ippjanar tal-ispazju marittimu?

Il-benefiċċji tal-ippjanar tal-ispazju marittimu huma:

  • It-tnaqqis tal-konflitti bejn is-setturi u l-ħolqien ta' sinerġiji bejn attivitajiet differenti.
  • It-tħeġġiġ tal-investiment – billi jitrawmu l-previżjoni, it-trasparenza u regoli aktar ċari. Dan se jgħin biex jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-grids, jistabbilixxi ż-Żoni Marittimi Protetti, u jiffaċilita l-investiment fiż-żejt u l-gass.
  • Iż-żieda tal-koordinazzjoni – bejn l-amministrazzjonijiet f’kull pajjiż, permezz tal-użu ta’ strument uniku biex jibbilanċja l-iżvilupp ta’ firxa ta’ attivitajiet marittimi. Dan se jkun aktar sempliċi u orħos.
  • Iż-żieda fil-koperazzjoni bejn il-fruntieri – bejn il-pajjiżi tal-UE, dwar il-kejbils, il-linji tal-pajpijiet, ir-rotot tal-bastimenti, l-istallazzjonijiet tar-riħ, eċċ.
  • Il-protezzjoni tal-ambjent – permezz tal-identifikazzjoni bikrija tal-impatt u l-opportunitajiet għal aktar minn użu wieħed tal-ispazju.

Dokumenti uffiċjali

Iktar informazzjoni

Proġetti

L-Atlas Ewropew tal-Ibħra - Ippjanar tal-ispazju marittimu

  • MASPNOSE - Azzjoni Preparatorja dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana (2010-12)
  • Il-Pjan Botnija - Azzjoni Preparatorja dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu fil-Baltiku (2010-12)
  • BaltSeaPlan - Programm tar-Reġjun tal-Baltiku l-proġett "Introduzzjoni tal-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu fil-Baltiku" (2009-12)
  • TPEA, l-Ippjanar Transkonfinali fl-Atlantiku Ewropew – Proġett dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu tal-Atlantiku, inklużi l-Baħar Ċeltiku u tal-Bajja ta’ Biscay (2012-14)
  • ADRIPLAN - Ippjanar tal-ispazju marittimu tal-Adrijatiku u l-Baħar Jonju (2013-15)

Sessjonijiet ta’ ħidma

Forum Marittimu

Affarijiet marittimi

Aħbarijiet