Affarijiet marittimi

Strateġija tas-Sigurtà Marittima

Strateġija tas-Sigurtà Marittima

Strateġija tas-Sigurtà Marittima

X'inhi?

Ritratt ta' Catrin Owen

F'Ġunju 2014, il-Kunsill Ewropew adotta Strateġija għas-Sigurtà Marittima għall-qasam marittimu globali. L-għan ta’ din l-istrateġija huwa li tipprovdi qafas komuni għall-awtoritajiet rilevanti fil-livelli nazzjonali u Ewropew sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti tal-politiki speċifiċi tagħhom u ta’ rispons Ewropew għal riskji u theddid marittimu.  It-tieni għan tal-istrateġija jkun li tipproteġi l-interessi marittimi strateġiċi tal-UE u tidentifika x'tista' tagħmel għal dan il-għan. Tali qafas għandu jipprovdi l-kuntest u jiżgura konsistenza fost il-politiki u l-istrateġiji varji ta' setturi speċifiċi. L-aktar importanti hu li se jsaħħaħ b’mod sinifikanti r-rabta bejn l-aspetti tas-sigurtà interna u esterna tal-politika marittima tal-UE u l-kooperazzjoni ċivili u militari.

L-għanijiet ewlenin ta’ Strateġija ta’ Sigurtà Marittima tal-UE huma:

1) biex tidentifika u tartikola l-interessi marittimi strateġiċi ewlenin tal-UE;

2) biex tidentifika u tartikola t-theddid marittimu, l-isfidi u r-riskji għall-interessi marittimi strateġiċi tal-UE; kif ukoll

3) biex torganizza r-rispons, jiġifieri tipprovdi għanijiet ta’ politika komuni, prinċipji komuni u oqsma ta’ appoġġ komuni bħala s-sinsla tal-qafas strateġiku konġunt sabiex tinħoloq koerenza għall-firxa wiesgħa ta’ politiki u strateġiji marittimi diversi speċifiċi għas-settur.

F'Diċembru 2014, il-Kunsill adotta Pjan ta' Azzjoni biex jimplimenta din l-Istrateġija. Dan il-Pjan ta' Azzjoni fih 130 azzjoni organizzata f'ħames oqsma differenti:

1) Azzjoni esterna

2) Sensibilizzazzjoni martittima, sorveljanza u kondiviżjoni tal-informazzjoni

3) Żvilupp tal-Kapaċitajiet

4) Ġestjoni tar-riskju, protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika, u reazzjoni għall-kriżijiet

5) Riċerka u innovazzjoni, edukazzjoni u taħriġ marbutin mas-sigurtà marittima

Il-Pjan ta' Azzjoni jidentifika wkoll l-atturi rilevanti għal kull azzjoni (Fil-livelli tal-UE u nazzjonali) u jipprovdi skeda għall-implimentazzjoni.

Dokumenti uffiċjali

Aktar informazzjoni

Affarijiet marittimi