Għarfien dwar il-Baħar 2020

Definizzjoni u kamp ta' applikazzjoni

Salmon hatchery, Screebe, Co. Galway, Ireland © Lionel Flageul

L-Għarfien dwar il-Baħar 2020 jiġbor flimkien id-dejta dwar il-baħar minn sorsi differenti bl-għan li:

  • Jgħin lill-industrija, lill-awtoritajiet pubbliċi u lir-riċerkaturi jsibu d-dejta u jagħmlu użu aktar effettiv minnha biex jiġu żviluppati prodotti u servizzi ġodda.
  • Itejjeb il-fehma tagħna dwar kif iġibu ruħhom l-ibħra.

Għaliex azzjoni fil-livell tal-UE?

Id-dejta nazzjonali ma tgħidilniex dak kollu li jeħtiġilna nkunu nafu dwar l-ibħra bħala sistema globali konnessa bi rjieħ li jinbidlu, kurrenti tal-istaġun u speċijiet migranti; l-analiżi fil-livell Ewropew hi essenzjali.

L-integrazzjoni ta' sistemi nazzjonali u lokali differenti bħala ħaġa sħiħa koerenti tmexxiet mill-UE. Il-poteri espliċiti tagħha fl-oqsma bħas-sajd, l-ambjent, it-trasport, ir-riċerka, l-intrapriża u l-industrija jippermettulha tipprovdi finanzjament u tilleġiżla favur l-għarfien dwar il-baħar 2020.

Kif taħdem fil-prattika?

Permezz tal-websajts prototipi tan-Netwerk Ewropew tal-Osservazzjoni u d-Dejta dwar il-Baħar (EMODNET), l-inġiniera u x-xjentisti jistgħu jaraw id-dejta disponibbli għal baċir ta' baħar partikolari, u jiddawnlowdjaw kemm l-osservazzjonijiet oriġinali kif ukoll il-prodotti ta' dejta derivati bħall-mudelli diġitali tat-terren, id-distribuzzjonijiet tas-sedimenti u l-ambjenti tal-baħar. Il-benefiċċji ta' aċċess aħjar għad-dejta huma spjegati b'eżempji ta' studju ta' każ:

  • STUDJU TA' KAŻ 1:  Akkwakultura lil hinn mill-kosta: Disinn Ġdid tal-Gaġeġ fil-Baħar
  • STUDJU TA' KAŻ 2:  Protezzjoni Kontra l-Erożjoni Kostali
  • STUDJU TA' KAŻ 3:  Protezzjoni ta' Kejbils għal Park Eoliku
  • STUDJU TA' KAŻ 4:  Dejta Idrografika bħala Għajnuna fl-Ottimizzazzjoni tar-Rotot ta' Navigazzjoni tal-Vapuri

Aktar dwar id-dejta dwar il-baħar

Dokumenti uffiċjali

Żur il-Forum Marittimu għal aktar qari dwar:

Kontenut relatat

Aħbarijiet

  • 05/05/2015 - Fish: a treasure from the sea to be protected

    A new video that illustrates the key role of science in contributing to the so called 'Blue Growth', the maritime contribution to achieving the goals of the Europe 2020 strategy for smart, sustainable and inclusive growth.

  • 30/03/2015 - Revealing Europe's hidden landscape

    The Commission is advancing in achieving its marine knowledge objectives with the release of a new digital map of Europe's seabed topography with a higher resolution than had previously been publicly available; about 230 metres compared to 1 kilometre before the launch of the European Marine Observation and Data Network (EMODnet).

  • 12/08/2014 - Call for tenders MARE/2014/10 - Coastal mapping

    Whilst considerable progress has been made in mapping the topography of Europe's offshore waters and making the data available through digital terrain models, it is intrinsically more expensive to measure the depth of water in shallow coastal waters because of instrument characteristics and because there is a need to join up with land surveys.