Sorveljanza marittima integrata

Definizzjoni u ambitu

Didaskalija: Ċipru © Lionel Flageul

Is-Sorveljanza Marittima Integrata tipprovdi lill-awtoritajiet interessati jew attivi fis-sorveljanza marittima b'modi biex jgħaddu lil xulxin informazzjoni u dejta. L-iskambju tad-dejta jagħmel is-sorveljanza irħas u aktar effettiva.

Attwalment, l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-aspetti differenti tas-sorveljanza – pereżempju l-kontroll tal-fruntieri, is-sikurezza u s-sigurtà, il-kontroll tas-sajd, id-dwana, l-ambjent jew id-difiża – jiġbru d-dejta separatament u ta' spiss ma jaqsmuhiex bejniethom. B'riżultat ta' dan, l-istess dejta tista' tinġabar aktar minn darba.

Jekk tinteressa ruħek f'attivitajiet ta' sorveljanza speċifiċi, miżuri kontra l-piraterija, jew fis-sikurezza u s-sigurtà b'mod ġenerali, iċċekkja l-links rakkomandati minna.

Filmat: Sorveljanza Marittima Integrata

Kif taħdem fil-prattika?

L-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni (CISE) attwalment qed jiġi żviluppat b'mod konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-istati membri tal-UE/ŻEE. Dan għandu jintegra s-sistemi ta' sorveljanza eżistenti u jagħti lill-awtoritajiet kollha kkonċernati l-aċċess għall-informazzjoni li għandhom bżonn għall-missjonijiet tagħhom fuq il-baħar.

Is-CISE għandha tagħmel sistemi differenti interoperabbli sabiex id-dejta u informazzjoni oħra jistgħu jkunu skambjati faċilment permezz tal-użu ta' teknoloġiji moderni. Ġie adottat sett ta' suġġerimenti biex ikun żviluppat is-CISE pdf - 5 MB [5 MB] It-traduzzjonijiet kollha disponibbli..

Dokumenti uffiċjali

Aktar informazzjoni

Proġetti

Sorveljanza marittima integrata

  • MARSUNO – Proġett pilota dwar is-Sorveljanza Marittima fil-Baċiri tal-Baħar tat-Tramuntana (magħluq)
  • BLUMASSMED - Proġett pilota dwar l-Integrazzjoni tas-Sorveljanza fil-Mediterran u l-Avviċinamenti Atlantiċi tiegħu (2009-2012)

Forum Marittimu

Affarijiet marittimi

Aħbarijiet