Politika marittima integrata

Definizzjoni u skop

Il-Finlandja © Lionel Flageul

Il-Politika Marittima Integrata tipprova tagħti approċċ aktar koerenti lill-kwistjonijiet marittimi, b'koordinazzjoni miżjuda bejn l-oqsma ta' politika differenti. Hi tiffoka fuq:

  • Kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt politika abbażi ta' settur wieħed pereżempju t-"tkabbir blu" (tkabbir ekonomiku bbażat fuq setturi marittimi differenti).
  • Kwistjonijiet li jeħtieġu l-koordinazzjoni ta' setturi u atturi differenti pereżempju t-tagħrif marittimu.

B'mod speċifiku hi tkopri dawn il-politiki transversali:

Hi tipprova tikkoordina, mhux tieħu post il-politiki dwar setturi marittimi speċifiċi.

Għaliex niħtiġuha?

  • Biex titqies l-interkonnessjoni tal-industriji u l-attivitajiet umani li jenfasizzaw il-baħar. Kemm jekk il-kwistjoni hi t-trasport bil-baħar u l-portijiet, kif ukoll jekk għandha x'taqsam mal-enerġija mir-riħ, mar-riċerka marittima, mas-sajd jew mat-turiżmu, deċiżjoni f'qasam tista' taffettwa l-oħrajn kollha. Pereżempju, l-istallazzjoni ta' turbini tar-riħ lil hinn mix-xtut tista' tħarbat it-trasport bil-baħar, li dan imbagħad jaffettwa l-portijiet.
  • Biex jiġu ffrankati l-ħin u l-flus billi tħeġġeġ l-awtoritajiet biex jiskambjaw id-dejta bejn l-oqsma ta' politika u biex minflok ma jaħdmu separatament jikkooperaw dwar l-aspetti differenti li jolqtu l-istess problema.
  • Biex tinbena kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fis-setturi differenti fil-livelli kollha tal-gvern – l-awtoritajiet marittimi nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u l-awtoritajiet internazzjonali, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Ewropa. Bosta pajjiżi qed jirrikonoxxu din il-ħtieġa u mixjin lejn kollaborazzjoni aktar strutturata u sistematika.

Aġenda marina u marittima - Id-Dikjarazzjoni ta' Limassol

L-Aġenda Marina u Marittima għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Impjiegi pdf - 214 KB [214 KB] It-traduzzjonijiet kollha disponibbli. kienet adottata fit-8 ta' Ottubru 2012 mill-Ministri Ewropej għall-politika marittima u mill-Kummissjoni Ewropea, rappreżentata mill-President Jose Manuel Barroso (diskorsIt-traduzzjonijiet kollha disponibbli.) u mill-Kummissarju Maria Damanaki (diskorsIt-traduzzjonijiet kollha disponibbli.), f'konferenza f'Limassol organizzata mill-Presidenza Ċiprijotta. Ħames snin wara t-tnedija tal-Politika Marittima Integrata tal-UE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaffirmaw mill-ġdid li strateġija dinamika u kkoordinata għall-affarijiet marittimi ssaħħaħ l-iżvilupp tal-"Ekonomija Blu" tal-UE filwaqt li tiżgura s-saħħa tal-ibħra u tal-oċeani.

Opportunitajiet għall-għoti ta' fondi

L-UE tipprovdi fondi għall-prijoritajiet politiċi għall-Politika Marittima Integrata mixtieqa mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament skont ir-Regolament 1255/2011. L-għoti tal-fondi jiġi implimentat permezz tal-Programm ta' Ħidma għall-2011 u l-2012 pdf - 115 KB [115 KB] It-traduzzjonijiet kollha disponibbli. li għandu baġit ta' 40 miljun Ewro biex jintefqu prinċipalment fuq sejħiet għall-offerti u sejħiet għall-proposti.

Dokumenti uffiċjali

Politika Marittima Integrata b'mod ġenerali

Politika Marittima Integrata fil-livell nazzjonali u internazzjonali

Aktar informazzjoni

Forum Marittimu

Affarijiet marittimi

Fittex

Abbona fin-newsletter elettronika tagħna

Aħbarijiet