It-turiżmu kostali u marittimu
Ċipru © iStockphoto.com/mpalis

Il-ġmiel straordinarju, wirt kulturali u diversità kbira taż-żoni kostali tal-UE għamluhom id-destinazzjoni preferita għal bosta turisti mill-Ewropa u barra. Dan wassal biex it-turiżmu kostali u marittimu jkun settur turistiku importanti. Jimpjega 'l fuq minn 3.2 miljun ruħ u jiġġenera € 183 biljun f'valur miżjud gross u jirrappreżenta aktar minn terz tal-ekonomija marittima. Sa 51% tal-kapaċità tas-sodod fil-lukandi madwar l-Ewropa huwa kkonċentrati f’reġjuni ta' mal-baħar.

Bħala parti minn strateġija tat-Tkabbir Blu tal-UE, is-settur tat-turiżmu kostali u marittimu ġie identifikat bħala qasam b'potenzjal speċjali li jrawwem Ewropa għaqlija, sostenibbli u inklużiva. Huwa l-ikbar settur marittimu f’termini ta’ valur miżjud gross u l-impjiegi u, skont stħarriġ dwar it-Tkabbir Blu pdf - 3 MB [3 MB] It-traduzzjonijiet kollha disponibbli., huwa mistenni jikber bi 2-3% sal-2020. Fl- 2012, it-turiżmu tal-kruċieri waħdu rrappreżenta 330,000 impjieg dirett u introjtu ta’ €15.5 biljun u mistenni jikber.

Il-Jum Marittimu Ewropew (EMD) tal-2013 iffoka fuq it-turiżmu kostali u marittimu u kien l-opportunità biex jidħlu r-riżultati ta' konsultazzjoni pubblika imnedija biex titħejja komunikazzjoni dwar it-turiżmu kostali u marittimu. Il-Kummissjoni tal-UE adottat Komunikazzjoni pdf - 99 KB [99 KB] It-traduzzjonijiet kollha disponibbli. dwar "Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali" fl-20 ta' Frar 2014. Din ippreżentat strateġija ġdida biex jittejjeb it-turiżmu kostali u marittimu fl-Ewropa sabiex jinħareġ il-potenzjal ta' dan is-settur promettenti.

Il-Kummissjoni identifikat 14-il azzjoni li jistgħu jgħinu s-settur jikber b’mod sostenibbli u jagħtu spinta 'l quddiem lir-reġjuni kostali tal-Ewropa. Pereżempju, il-Kummissjoni qed tipproponi li tiżviluppa gwida onlajn lill-opportunitajiet ewlenin ta’ finanzjament disponibbli għas-settur u biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ sħubijiet transnazzjonali u interreġjonali, netwerks, clusters u strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fit-turiżmu kostali u marittimu. Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-industrija biex timplimenta dawn l-azzjonijiet. Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ara l-mistoqsijiet u tweġibiet tal-istrateġija Ewropea dwar it-turiżmu kostali u marittimu.

Dokumenti uffiċjali

Komunikazzjoni: Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali pdf - 99 KB [99 KB] It-traduzzjonijiet kollha disponibbli.

Konferenza ta’ Livell Għoli dwar it-Turiżmu Kostali u Marittimu u t-Tkabbir Blu f’Ateni fl-10 ta’ Marzu 2014

Il-Kummissarju Maria Damanaki u l-Viċi-President Antonio Tajani ppreżentaw il-Komunikazzjoni dwar "Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali" adottata fl-20 ta' Frar 2014, bi strateġija ġdida li għandha ttejjeb it-turiżmu kostali u marittimu fl-Ewropa. F’din l-okkażjoni, sar ukoll avveniment Business to Business. Dan ippermetta kumpaniji Griegi u internazzjonali jagħmlu netwerking, jiddiskutu sħubiji ta’ negozju u l-investimenti fil-Greċja.

Aktar informazzjoni

Aktar info

Avvenimenti

Affarijiet marittimi

Aħbarijiet