Tkabbir blu

Limassol, Ċipru © Lionel Flageul

It-Tkabbir Blu hu strateġija fit-tul li jappoġġa t-tkabbir ekonomiku sostenibbli fis-setturi marini u dawk marittimi kollha kemm huma. Hu jagħraf li l-ibħra u l-oċeani huma muturi tal-ekonomija Ewropea b’potenzjal kbir għall-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Hu l-kontribuzzjoni tal-Politika Marittima Integrata biex jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

L-ekonomija "blu" tirrappreżenta 5.4 miljun impjieg u valur miżjud gross ta’ ftit anqas minn €500 biljun fis-sena. Madankollu, aktar tkabbir ekonomiku hu possibbli f’għadd ta’ oqsma li huma enfasizzati fl-istrateġija.

L-istrateġija tikkonsisti fi tliet komponenti:

1. miżuri ta’ politika marittima integrata speċifiċi

a. it-tagħrif marin sabiex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-baħar;

b. l-ippjanar spazjali marittimu biex jiġi żgurat appoġġ effiċjenti u maniġġjar sostenibbli tal-attivitajiet fuq il-baħar;

c. is-sorveljanza marittima integrata biex l-awtoritajiet ikollhom stampa aktar ċara ta’ x’qed jiġri fuq il-baħar.

2. strateġiji tal-baċiri tal-baħar biex jiżguraw li l-aħjar taħlita ta’ miżuri tippromwovi tkabbir ekonomiku sostenibbli li jqis
il-fatturi klimatiċi, oċeanografiċi, ekonomiċi, kulturali u soċjali lokali;

a. l-Adrijatiku u l-Baħar Jonju

b. l-Artiku

c. l-Atlantiku

d. il-Baħar Baltiku

e. il-Baħar l-Iswed

f. il-Mediterran

g. il-Baħar tat-Tramuntana

3. approċċ immirat lejn attivitajiet speċifiċi:

a. l-akkwakultura (websajt tas-Sajd)

b. it-turiżmu mal-kosta

c. il-bijoteknoloġija marina

d. l-enerġija oċeanika

e. it-tħaffir f'qiegħ il-baħar

Dokumenti uffiċjali

Fittex

Abbona fin-newsletter elettronika tagħna

Aħbarijiet