Mogħdija tan-navigazzjoni

Mistoqsijiet Frekwenti dwar il-politika marittima integrata
  1. Dwar xiex inhi l-politika marittima integrata?
  2. Xi ngħidu għall-kwistjonijiet speċifiċi tas-settur (il-piraterija, l-enerġija off-shore, it-trasport tal-merkanzija, l-ambjent marittimu, eċċ)?
  3. Għaliex l-UE hi involuta fl-affarijiet marittimi?
  4. Il-politika marittima integrata għandha effett fuq il-poteri tal-pajjiżi tal-UE?
  5. X'inhuma l-punti ewlenin tal-politika marittima integrata?

1. Dwar xiex inhi l-politika marittima integrata?

Il-politika marittima integrata tiżgura li l-politiki relatati mal-baħar u mal-kosta jiġu żviluppati b'mod koerenti. Oqsma ta' politika:

2. Xi ngħidu għall-kwistjonijiet speċifiċi tas-settur (pereżempju dwar il-piraterija, l-enerġija off-shore, it-trasport tal-merkanzija, l-ambjent marittimu)?

Jekk int interessat fil-politiki li jittrattaw setturi u attivitajiet marittimi speċifiċi, bħat-trasport tal-merkanzija, il-bini tal-bastimenti, is-sajd, l-iżvilupp reġjonali, l-ambjent marittimu, il-piraterija, l-enerġija off-shore, iċċekkja l-links li qed nirrikkmandaw: huma għandhom iwassluk għal sorsi rilevanti ta' informazzjoni.

3. Għaliex l-UE hi involuta fl-affarijiet marittimi?

  • L-UE hi mdawra b'ħames ibħra u żewġ oċeani.
  • L-ambjenti naturali tal-ħut u l-ekosistemi ma jiqfux mal-fruntieri, lanqas mal-problemi tat-trasport u tas-sigurtà. Dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu ttrattati fil-livell tal-UE.
  • It-Trattati tal-UE jagħtu lill-UE l-poter li taġixxi permezz ta' bosta politiki li jħallu impatt fuq l-attivitajiet tal-baħar (is-sajd, l-ambjent, it-trasport, is-sigurezza u s-sigurtà marittima, ir-riċerka, il-politika industrijali, eċċ).
  • 90% tal-kummerċ barrani tal-UE u viċin 40% tal-kummerċ fi ħdan l-UE jinġarru fuq il-baħar. Qed jikber l-għarfien li t-trasport marittimu jagħmel użu aktar effiċjenti mill-fjuwil mit-trasport stradali, u għalhekk ma jagħmilx daqstant ħsara lill-ambjent. Dan, flimkien mar-rilokazzjoni ta' attivitajiet ta' manifattura barra l-Ewropa, ħoloq sfidi kbar għall-ekonomija Ewropea, għall-portijiet tagħna u għas-settur tat-trasport marittimu.
  • Kemm ix-xjenza u r-riċerka marittima kif ukoll it-teknoloġiji l-ġodda għal użu aktar sostenibbli jeħtiġilhom finanzjament sostanzjali. Meħtieġ aktar sforz fil-livelli kollha tal-UE biex jinħolqu sinerġiji fost l-atturi kollha kkonċernati.

4. Il-politika marittima integrata għandha effett fuq il-poteri tal-pajjiżi tal-UE?

Hawn, bħal politiki oħrajn, l-UE taġixxi biss meta l-azzjoni konġunta hi aktar effettiva milli kull stat membru jaġixxi individwalment (dan hu l-prinċipju tas-"sussidjarjetà").

5. X'inhuma l-punti ewlenin tal-politika marittima integrata?

Il-politika marittima integrata kienet stabbilita fl-2007 wara konsultazzjoni pubblika wiesgħa. Għandek aċċess għad-dokumenti uffiċjali kollha u tista' ssegwi l-iżviluppi tal-politika fil-paġna tal-Politika Marittima Integrata.

Aħbarijiet

  • 22/05/2015 - European Maritime Day 2015, Piraeus: Exploring the potential of ports and coasts for Maritime Growth

    European Maritime Day 2015 will take place between 28 and 31 May 2015 in Piraeus, Greece. The event will bring together Europes maritime community around the theme of ports and coasts as engines for Blue Growth.

  • 21/05/2015 - Better fish for farms

    Tweaking breeding methods could allow European fish farming or aquaculture to produce more efficiently. An EU-funded project is studying how hi-tech breeding techniques can promote disease resistance and fast, efficient growth in six commonly farmed fish species, improving fish welfare, impacts on wildlife and farm productivity.

  • 20/05/2015 - EU Bathing Water Quality report: Europeans continue enjoying high-quality waters

    The Commission and the European Environment Agency published today the annual bathing water quality report, which compares the quality of bathing water sampled at more than 21 000 coastal and inland bathing sites across the EU in 2014.