Affarijiet marittimi

L-Atlas Ewropew tal-Ibħra - Il-Kummissjoni Ewropea

L-Atlas Ewropew tal-Ibħra - Il-Kummissjoni Ewropea

L-Atlas Ewropew tal-Ibħra - Il-Kummissjoni Ewropea

L-Atlas Ewropew tal-Ibħra

L-Atlas Ewropew tal-Ibħra huwa mod faċli u divertenti għall-professjonisti, l-istudenti, u kull minn hu interessat jitgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attività umana relatata u l-politiki Ewropej. Ġie żviluppat biex iqajjem kuxjenza dwar l-oċeani u l-ibħra tal-Ewropa, fil-kuntest tal-politika marittima integrata tal-UE. L-atlas joffri firxa wiesgħa ta' informazzjoni dwar l-ibħra tal-Ewropa, pereżempju:

 

  • Kemm hu fond il-baħar u aspetti ta' taħt il-baħar
  • Il-ġeografija tar-reġjuni kostali u statistika
  • Enerġiji blu u riżorsi marittimi
  • Il-livelli tal-frugħ u l-mili tal-baħar u l-erożjoni kostali
  • L-istokkijiet tas-sajd, il-kwoti u l-qabdiet
  • Il-flotta tas-sajd Ewropea
  • L-akkwakultura
  • It-trasport u t-traffiku marittimu
  • L-istatistika dwar il-portijiet
  • Iż-żoni marittimi protetti
  • It-turiżmu
  • Il-politiki u l-inizjattivi marittimi
  • L-aktar reġjuni mbiegħda

  
L-atlas jeżisti bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.

News
29 November 2016
A new Maritime Spatial Planning Project added to the European Atlas of the Seas!
07 November 2014
Updated version of the Bathymetry Layer
26 June 2014
Maps on maritime traffic by port updated
25 June 2014
Maps on European fishing fleet by port updated