Atlas

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Segwi l-aħbarijiet tal-Atlas

News European Atlas of the SeasRSS European Atlas of the SeasTwitter European Atlas of the SeasLinkedIn European Atlas of the SeasGoogle+ European Atlas of the SeasFacebook European Atlas of the Seas

Abbona fin-newsletter elettronika tagħna

Il-Mediterran

Taqsira

Għalkemm kważi għal kollox magħluq, il-baħar Mediterran hu pjuttost fond (madwar 1,500m). Il-frugħ u l-mili tal-baħar ftit li xejn ivarja, b'livelli ta' inqas minn 50 cm f'ħafna postijiet. Il-klima hi sħuna u xotta. L-ilma - sħun ukoll - fih livell għoli ta' melħ. Għalkemm fqir fin-nutrijenti, għandu bijodiversità rikka. Żona ta' kulturi antiki fejn żviluppaw il-bliet tal-Eġittu, Kreta, Miċenea, il-Greċja u Ruma, fil-Mediterran twieldet iċ-ċivilizzazzjoni Ewropea.

L-UE għandha kważi 40,000 km ta' kosta Mediterranja. Il-Baħar hu l-fruntiera tal-Ewropa mal-Afrika. 30 km ta' baħar biss jissepara Ġibilità mill-Afrika, għalkemm f'xi punti ż-żewġ kontinenti jinsabu 1,600 km il-boħgod minn xulxin.
L-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja, il-Mediterran hu wkoll kanal ta' navigazzjoni ewlieni, bi kważi terz tal-merkanzija internazzjonali li tgħaddi minnu. L-akkwakultura (il-koltivazzjoni tal-ħut) hi stabbilita sew, u l-industrija tas-sajd (l-iktar fuq skala żgħira) hi sors sinifikanti ta' impjieg.


Il-Mediterran.

 

  • Aqra aktar Deutsch (de) English (en) français (fr)