Atlas

INSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable FishINSEPARABLE - Eat, Buy and Sell Sustainable Fish

Segwi l-aħbarijiet tal-Atlas

News European Atlas of the SeasRSS European Atlas of the SeasTwitter European Atlas of the SeasLinkedIn European Atlas of the SeasGoogle+ European Atlas of the SeasFacebook European Atlas of the Seas

Il-baċiri tal-baħar

L-Ewropa hi mdawra b'oċeani u ibħra differenti. L-UE għandha kważi 70,000 km ta' kosta. Kważi nofs iċ-ċittadini kollha tal-UE jgħixu f'distanza ta' 50 km mill-baħar. Kważi 40% tal-PGD tal-UE jiġi mir-reġjuni marittimi, u 90% tal-kummerċ barrani tal-UE jsir bil-baħar.

Biex titqajjem il-kuxjenza dwar l-oċeani u l-ibħra tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea żviluppat Atlas Ewropew tal-Ibħra għal kull min hu interessat fid-dinja marittima u l-wirt marittimu komuni tagħna. Biex tkun taf aktar dwar l-aspetti tar-reġjuni marittimi tiegħek, ikklikkja fuq il-links hawn taħt.

Il-Baħar Baltiku

Mappa tar-reġjun tal-Baħar Baltiku

Il-Baħar Baltiku hu kważi għal kollox magħluq u, ħlief f'ċerti żoni, hu baxx. L-ilmijiet tiegħu jiġġeddu bil-mod ħafna. L-estremitajiet tat-Tramuntana u tal-Grigal tiegħu huma ffriżati għal parti tas-sena u l-livell tal-melħ hu baxx ħafna. Ġabra ta' fatti

Baħar tat-Tramuntana

Baħar tat-Tramuntana

Il-Baħar tat-Tramuntana hu kważi magħluq u baxx, ħlief fil-ponta tat-Tramuntana. L-ekosistema tiegħu qed issir dejjem iżjed fraġli minħabba l-attività umana intensa, sew max-xatt u sew fil-baħar. Ġabra ta' fatti

L-Ibħra Ċeltiċi

L-Ibħra Ċeltiċi

L-Ibħra Ċeltiċi jinkludu l-Kanal Ingliż, il-Baħar Irlandiż, il-Baħar Ċeltiku u l-ibħra fil-Punent tal-gżejjer Brittaniċi.

Din iż-żona fejn jaħkem ħafna riħ minn dejjem kienet żona ta' tbaħħir b'ħafna mill-vapuri tal-merkanzija li jivjaġġaw bejn il-Lvant u l-Punent. Ġabra ta' fatti Deutsch (de) English (en) français (fr)

Il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja

Il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja

Il-Bajja ta' Biscay u l-Kosta tal-Iberja jibdew min-Nofsinhar tal-Brittanja u jibqgħu sejrin san-nofsinhar ta' Spanja. Jagħmlu parti mir-rotta li tgħaqqad il-Kanal Ingliż mal-Mediterran u l-Afrika. Ir-reġjun hu l-benniena tal-poter marittimu tal-Ewropa. Ġabra ta' fatti Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) português (pt)

Il-Mediterran

Il-Mediterran.

Għalkemm kważi għal kollox magħluq, il-baħar Mediterran hu pjuttost fond (fond medju: 1,500m). Il-frugħ u l-mili tal-baħar ftit li xejn ivarja, b'livelli ta' inqas minn 50 cm f'ħafna postijiet. Ġabra ta' fatti

Il-Baħar l-Iswed

Il-Baħar l-Iswed.

Għalkemm kważi magħluq għal kollox, il-Baħar l-Iswed hu pjuttost fond. B'livelli baxxi ta' ossiġenu, l-ilma jifforma ambjent estremament vulnerabbli. Ġabra ta' fatti български (bg) Deutsch (de) English (en) français (fr) română (ro)

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE.

Bl-eċċezzjoni tal-Guiana Franċiża, dawn ir-reġjuni huma gżejjer jew gruppi ta' gżejjer f'nofs l-oċean. Għalkemm żgħar, jagħtu lill-UE meddiet vasti ta' oċean tropiku u sub-tropiku. Ġabra ta' fatti Deutsch (de) English (en) español (es) français (fr) português (pt)

L-Oċean Artiku

Mappa tal-Oċean Artiku.

L-Oċean Artiku jikkonsisti f'żona marina vasta ċċentrata fuq il-Pol tat-Tramuntana. Bl-ibħra li jmissu miegħu, jagħmel fruntiera mal-kosti tat-Tramuntana tal-Ewropa, l-Ażja u l-Amerika. Ġabra ta' fatti