Dwar dan il-websajt

Dan il-websajt dwar l-affarijiet marittimi u s-sajd immaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea (Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijijiet Marittimi u s-Sajd).

Għanijiet

Biex jippermetti lill-pubbliku, lill-partijiet interessati u lill-ġurnalisti jsibu informazzjoni rilevanti, ċara u aġġornata dwar il-politika li tikkonċerna l-affarijiet marittimi u s-sajd tal-UE.

Servizzi

Fittex: Uża l-kaxxa fir-rokna ta' fuq fil-lemin biex tfittex fil-websajts dwar l-affarijiet marittimi u s-sajd. L-għodda Fittex fit-toolbar tas-servizz tfittex fil-websajt kollu ta' Europa.

Servizz ta' aħbarijiet

Il-paġna tal-aħbarijiet u tal-avvenimenti u l-lista ta' aħbarijiet fil-paġna ewlenija tagħna tkopri l-politika tas-sajd u l-politika integrata marittima tal-UE. Biex tibqa' aġġornat dwar oqsma oħra ta' politika, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġna ewlenija tal-Kummissjoni jew il-kamra tal-istampa tal-UE.

Politika dwar il-lingwa

Dan il-websajt jimxi mal-linji gwida ġenerali stabbiliti għal EUROPA.

Qed nippruvaw nipprovdu lill-pubbliku bl-informazzjoni li jkun qed ifittex bil-lingwa tiegħu. Madankollu, minħabba l-kostrinġimenti tat-traduzzjoni, ċerta informazzjoni tinsab disponibbli biss bl-Ingliż – b'mod speċjali temi bħas-siltiet tal-aħbarijiet li malajr tiskadi r-rilevanza tagħhom.

Biex tara f'liema lingwi huma disponibbli d-dokumenti, ikklikkja l-ikona tal-lingwail-kaxxa tal-lingwau agħżel.

Leġiżlazzjoni u dokumenti uffiċjali oħrajn huma disponibbli bil-lingwi kollha f'EUR-Lex, il-bażi tad-dejta tal-UE.

Dokumenti llinkjati qed jingħataw bl-aktar għadd possibbli ta' lingwi. Id-dokumenti uffiċjali huma disponibbli bil-lingwi kollha li kienu uffiċjali fid-data tal-pubblikazzjoni. Dokumenti oħrajn illinkjati, li ma jorbtux legalment u kontenut aktar speċjalizzat, jista' jingħata b'inqas lingwi.

Drittijiet tal-Awtur

L-informazzjoni disponibbli f'dan il-websajt tista' tkun biss riprodotta bil-kundizzjoni li s-sors ikun rikonoxxut.

Ara l-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

Fittex

Abbona fin-newsletter elettronika tagħna

Aħbarijiet