Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Jum ir-Rebbiegħa fl-Ewropa
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

Jum ir-Rebbiegħa tnieda fl-2002 fuq inizjattiva tal-Membri tal-Konvenzjoni Ewropea. L-idea oriġinali kienet li l-istudenti jkunu infurmati dwar il-ġejjieni ta' l-UE u ta' l-Istituzzjonijiet Ewropej waqt li jinħoloq interess u dibattitu dwar l-Unjoni Ewropea fost l-istudenti. Tagħti wkoll opportunità unika lill-istudenti li jiltaqgħu, jiskambjaw l-ideat u jaqsmu bejniethom it-tamiet u t-tħassib tagħhom ma' esperti u mexxejja politiċi mill-UE.

Jum ir-Rebbiegħa tant kien suċċess fis-snin li għaddew li ġie integrat fil-Kalendarju Skolastiku madwar l-Ewropa. Normalment jiġu organizzati għall-iskejjel primarji u sekondarji attivitajiet bħal kompetizzjonijiet, esebizzjonijiet, dibattiti, konferenzi u diskussjonijiet jew forums onlajn bejn studenti minn pajjiżi differenti u mexxejja politiċi fuq livell lokali, nazzjonali u Ewropew. Ta' kull sena n-numru ta' skejjel li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'Jum ir-Rebbiegħa qiegħed jiżdied. Għaldaqstant, Jum ir-Rebbiegħa sar wieħed mill-aktar attivitajiet relatati ma' l-ICT ta' suċċess għall-iskejjel madwar l-Ewropa. Kull sena Jum l-Ewropa jiffoka fuq tema partikolari.

L-Attivitajiet għal Jum ir-Rebbiegħa u Jum l-Ewropa 2008

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta f'kollaborazzjoni ma' l-Uffiċċju ta' l-Informazzjoni tal-Parlament Ewropew, l-Uffiċċju tal-Europe Direct, il-Forum Malta fl-Ewropa (fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin) u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni se jkunu qed jorganizzaw numru ta' attivitajiet bħala parti mill-Attivitajiet ta' Jum ir-Rebbiegħa kif ukoll biex ifakkru Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju 2008. It-temi magħżula għall-attivitajiet ta' din is-sena huma 'Id-Djalogu Interkulturali' u 'L-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima', minħabba l-interess u l-għarfien li għandhom it-tfal Maltin fl-aġenda ambjentali ta' l-UE u r-relevanza tal-pjan ta' azzjoni ta' l-UE għall-bidla fil-klima għal żoni kostali bħal Malta. Iż-żewġ temi se jfiġġu f'attivitajiet li l-organizzaturi qed jippjanaw flimkien ma' għadd ta' skejjel.

Se jiġi mniedi programm f'qasir żmien li jindika l-attivitajiet kollha, permezz ta' konferenza għall-istampa.

Aktar informazzjoni dwar l-oriġini tal-proġett pdf - 112 KB [112 KB] ? jew Minn fejn jinkiseb it-tagħrif biex wieħed jipparteċipa pdf - 147 KB [147 KB] ? jinsabu online

Attivitijiet f' Mejju 2008

 

L-Ufficcju Meteorologiku f'Hal-Luqa 05.05.08

    

Jum l-Ewropa 09.05.08

     

Open Day fl-ITS 10.05.08

    

Skola Mariam Albatool f'Rahal il-Gdid 19.05.08

    

F.X. Attard Marsa 19.05.08

    

Attivitajiet f' April 2008

 

L-Impjant ta' Desalinizzazzjoni Plant Pembroke 18.04.08

Il-Kullegg De La Salle 21.04.08

L-Istitut ghall-Energija u t-Teknologija 24.04.08

L-Iskola Primarja ta' Hal-Kirkop 25.04.08

L-Iskola Chiswick 28.04.08

Il-Park Nazzjonali ta' Xrobb l-Ghagin Delimara 29.04.08

Konferenza Stampa 29.04.08

Kullegg Santa Tereza 30.04.08

Jum ir-Rebbiegħa 2007

  

Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa 2007 tfakkar bejn is-26 ta' Marzu - b'ċelebrazzjoni tal-50 sena anniversarju mill-iffrirmar tat-Trattati ta' Ruma - sad-9 ta' Mejju, Jum l-Ewropa. Dr Joanna Drake, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta, żaret bosta skejjel, fosthom is-Sekondarja tal-bniet Can Pullicino, ir-Rabat, l-MCAST f'Raħal Ġdid, l-Iskola tas-subien Ġużeppi Despott Verdala fil-Ħamrun, il-Liċeo tas-subien Dun Ġ. Zammit fil-Ħamrun u l-Liċeo Maria Reġina l-Blata l-Bajda.

    

Jum ir-Rebbiegħa 2006

    

Jum ir-Rebbiegħa 2006 kien imnebbaħ minn "Dibattitu dwar il-Ġejjieni tagħna". B'7,501 skola rreġistrati, saru numru kbir ta' attivitajiet u diskussjonijiet li ħadu sehem fihom l-istudenti minn madwar l-Ewropa kollha. Kienu bosta l-personalitajiet pubbliċi, inklużi madwar 150 MEP, sitt Kummissarji Ewropej u l-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, li ħadu sehem fl-attività fejn dawn marru lura l-iskola jiltaqgħu ma' l-istudenti, u ngħaqdu magħhom fid-dibattiti u fid-diskussjonijiet onlajn ma' l-iskejjel.

    

Jum ir-Rebbiegħa 2005 : iffoka fuq il-Kostituzzjoni Ewropea. 6,620 skola rreġistraw biex jorganizzaw laqgħat, dibattiti u attivitajiet dwar valuri Ewropej, il-Kostituzzjoni Ewropea u t-tħaddim ta' l-UE b'mod ġenerali.

Jum ir-Rebbiegħa 2004 : 5,627 skola ddiskutew u ċċelebraw il-ħames tkabbir ta' l-UE.

Jum ir-Rebbiegħa 2003 : Kienu 5,501 l-iskejjel minn 29 pajjiż madwar l-Ewropa li rreġistraw biex jieħdu sehem. Politiċi nazzjonali u Ewropej ewlenin marru lura l-iskola fejn saru numru kbir ta' dibattiti, attivitajiet ta' tagħlim u ċelebrazzjonijiet tal-kultura Ewropea.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2010  |Fuq