Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Min aħna
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

Iltaqa’ ma’ l-Istaff

 

Kap tar-Rappreżentanza- Mr Martin Bugelli 

Is-Sur Bugelli ngħaqad mal-Kummissjoni Ewropea bħala Kap tar-Rappreżentanza fl-1 ta' Mejju 2011. Qabel ma beda jaħdem mal-Kummissjoni s-Sur Bugelli kellu diversi karigi fosthom Direttur Ġenerali (l-Uffiċċju tal-Prim Ministru) tal-Informazzjoni, il-Gvern Lokali u l-Konsultazzjoni Pubblika, Chef de Cabinet fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-UE u Direttur Ġenerali fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
 
Huwa miżżewweġ lil Antonella u għandu tliet subien (Daniel, Samuel u Gabriel).
 
Il-linja diretta (+356) 2342 5200

Mrs Joanne Pulis – Segretarja tal-Kap tar-Rappreżentanza/Webmaster

Joanne ingħaqdet mal-Kummissjoni f’Jannar ta’ l-2002 bħala receptionist wara li kienet ilha taħdem għal kumpanija tat-turiżmu bħala Rappreżentanta tas-Servizzi tal-Klijent għal 13-il sena. Illum, hija s-Segretarja Prinċipali u s-Segretarja tal-Kap tar-Rappreżentanza.

Ir-responsabbiltajiet ewlenin tagħha huma li żżomm l-aġenda ta’ kuljum tal-Kap tar-Rappreżentanza, tieħu ħsieb tagħmel appuntamenti u tħejji l-arranġamenti ta’ l-ivvjaġġar, tirreġistra l-posta kif ukoll tieħu ħsieb il-problemi ta’ l-informatika u l-websajt tar-Rappreżentanza.Tħobb tkun impenjata ħafna, dejjem għaddejja bix-xogħol. Tapprezza wkoll l-opportunità li jagħtiha dan l-impjieg, kemm permezz tat-taħriġ vast li toffri l-Kummissjoni kif ukoll permezz ta’ laqgħat ma’ persuni ta’ kultura differenti.

Joanne ilha tgħix f’Malta għal dawn l-aħħar 21 snin; hija miżżewġa lil Giovanni.

Direct Line: (+356) 2342 5201

Dr Angelo Chetcuti - Uffiċjal għall-Istampa u Affarijiet Politiċi

Angelo ggradwa fil-liġi mill-Università ta' Malta fl-2004 u pprattikaha għal madwar sentejn. Kiseb ukoll Master fil-Liġi tal-IT u l-Komunikazzjoni mill-Kulleġġ Queen Mary tal-Università ta' Londra. Huwa ngħaqad magħna wara sentejn fil-Lussemburgu fejn kien jagħmel parti mid-Dipariment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni (DĠT). Huwa serva bħala Uffiċjal tad-DĠT fir-Rappreżentanza għal aktar minn sentejn bejn l-2007 u l-2010 fejn ir-rwol tiegħu kien li jillokalizza l-messaġġ tal-UE għall-pubbliku Malti kif ukoll li jippromwovi l-politika tal-multilingwiżmu tal-Kummissjoni Ewropea.

Minn Frar 2010, Angelo beda jservi bħala Uffiċjal għall-Istampa u Affarijiet Politiċi. Minbarra r-relazzjonijiet tar-Rappreżentanza mal-mezzi tal-istampa, huwa jieħu ħsieb ukoll ir-rappurtar politiku lejn is-servizzi ċantrali tal-Kummissjoni fi Brussell.

L-isport huwa l-akbar passjoni ta' Angelo. Fil-fatt, isegwi kull ma jkun għaddej u huwa involut mill-qrib fl-amministrazzjoni ta' klabb tal-futbol lokali - fi kliem ieħor, il-ħolma li jsir plejer kbir li marret żmerċ!

Direct Line: (+356) 2342 5101

Mrs Lilian Vassallo – Assistenta tal-Midja

Lilian ilha taħdem mar-Rappreżentanza mill-1993. Il-karriera tagħha tifrex fuq snin li għamlet fis-servizz ċivili u fl-industrija tat-turiżmu. Ir-responsabbilatjiet tagħha fir-Rappreżentanza jinkludu t-tqassim ta’ stqarrijiet ta’ l-istampa jew informazzjoni oħra rilevanti għall-midja, il-koordinament ta’ l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali, bħalma hu l-Festival Ewropew tal-Film u l-organizzazzjoni ta’ żjajjar informattivi fil-Kummissjoni Ewropea għall-ġurnalisti u l-opinjonisti. Hija tieħu ħsieb ukoll tirrispondi l-mistoqsijiet tal-gruppi interessati u l-pubbliku in ġenerali.

L-interessi prinċipali tagħha huma l-attivitajiet tad-drama li permezz tagħhom tinsa’ ftit l-istress tal-ġurnata tax-xogħol! Tieħu pjaċir ukoll issiefer, passatemp komuni għaliha u għal żewġha.

Direct Line: (+356) 2342 5103

Ms Diane Spiteri - Uffiċjal tal-Komunikazzjoni

Direct Line: (00356) 23425204

VACANT - Deputat Uffiċjal tal-Komunikazzjoni

Direct Line: (+356) 2342 5205

Mrs Julia Abid– Assistenta tal-Komunikazzjoni

Julia bdiet taħdem mal-Kummissjoni f'Marzu 2002 bħala Assistenta tal-Komunikazzjoni. Lil Julia jogħġobha x-xogħol f'ambjent multikulturali fejn il-ħidma ta' kuljum tkun varjata, interessanti u ta' sodisfazzjon, li jżommha f'kuntatt maċ-ċittadini lokali, mal-kollegi fi Brussell u ma' firxa sħiħa ta' entitajiet lokali. Julia hija wkoll il-korrispondent lokali għall-Europe Direct, il-Euro Team, Team Europe u l-EDC. Dan kollu jinvolvi bosta attivitajiet, inkluż sehem f'seminars barra minn Malta.  Minbarra li tgħin fl-organizzazzjoni ta' kampanji u attivitajiet, Julia tieħu ħsieb ukoll talbiet għall-informazzjoni mill-pubbliku dwar affarijiet marbuta mal-UE.

Julia għandha nazzjonalità doppja, Maltija u Ingliża, u ilha tgħix u taħdem f'Malta għal dawn l-aħħar 11-il sena, wara li emigrat minn Aylesbury, Buckinghamshire, fir-Renju Unit, fejn ħadmet għal xi żmien. Hija miżżewġa lil Wael u t-tnejn iħobbu jivvjaġġaw kemm jistgħu.

Direct Line: (+356) 2342 5108

Mr Andrea Scorcia - Assistenta tal-Komunikazzjoni

Direct Line: (00356) 23425108

Andrea ngħaqad mar-Rappreżentanza f'Diċembru tal-2011, bħala sostitut temporanju ta' Julia Abid. Tliet snin ilu telaq mill-Italja u ġie joqgħod Malta, u kien jaħdem ġewwa ċ-Ċentru għall-Kreattività ta' San Ġakbu u fl-Unità tal-Kultura u l-Awdjoviżjoni (l-Uffiċċju tal-Prim Ministru).

Bħala Assistant tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni, huwa jgħin ir-Rappreżentanza fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet u inizjattivi, jieħu ħsieb il-mistoqsijiet li jaslu mill-pubbliku ġenerali u jamministra s-sit tal-Internet tar-Rappreżentanza.

Huwa tħarreġ fl-antropoloġija u l-istudji reliġjużi, għandu passjoni għas-safar f'postijiet imbiegħda, u żviluppa fissazzjoni għall-Mongolja, is-Siberja u l-Ażja Ċentrali. Andrea jħobb iqatta' ħinu fil-beraħ, u l-hena tiegħu jixxabbat mal-blat wieqaf u l-irdumijiet tal-arċipelgu u jesplora x-xtut bil-kenura.

Mr Brian Buhagiar - Uffiċjal tal-Lingwa

Brian beda jaħdem bħala traduttur fid-Dipartiment tal-Ilsien Malti tal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu fl-1 ta' Awwissu 2004. Aktar tard sar uffiċjal u mbagħad kellu l-kariga ta' Deputat Kap tal-Unità MT03.
 
Mill-1 ta' Ottubru 2010 'l hawn beda jaħdem fir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, il-Belt. Minbarra t-traduzzjoni, ir-rwol li għandu bħalissa jinvolvi l-promozzjoni tat-tagħlim tal-ilsna u t-traduzzjoni f'Malta.

Direct Line: (+356) 2342 5102

Ms Deborah Jane Evans- Kap tal-Amministrazzjoni

Jane ingħaqdet mal-Kummissjoni Ewropea fl-1996 bħala editur/qarrejj tal-provi għaIl-Ġurnal Uffiċjali fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-Lussemburgu. Wara, bejn l-1999 u l-2004 hija ħadmet bħala korrispondent finanzjarju għal DG ENV fi Brussell, fejn kienet tagħti appoġġ amministrattiv u finanzjarju fuq bosta proġetti inklużi t-tikketta ekoloġika u l-bidla fil-klima. Wara dan, hija ttrasferiet ruħha għand PMO.6 bħala uffiċjal finanzjarju fl-Uffiċċju tal-Assikurazzjoni tal-Mard u mbagħad kompliet taħdem għall-PMO fi Brussell fl-uffiċċju tat-Tluq tal-Unità tal-Pensjonijiet.
 
Minn Settembru 2010 'l hawn, bħala Kap tal-Amministrazzjoni, hija tieħu gost bl-isfidi ta' kuljum li jġibu magħhom il-kompiti finanzjarji u amministrattivi fir-Rappreżentanza fil-Belt.
 
L-ewwel lawrija tagħha hija fil-Letteratura Ingliża u mbagħad segwiet l-istudji tagħha f'kors ta' konverżjoni fil-Liġi. Wara li għaddiet mis-Solicitors' Finals Examinations tar-Renju Unit hija lestiet lawrija ta' Mater's fl-istudji Ġuridiċi Ewropej fil-Lussemburgu.
 
Wara l-università  hija għallmet l-Ingliż bħala lsien barrani fi Spanja u l-Greċja. L-interessi tagħha jinkludu ż-żfin tas-salsa, il-qari, l-ivvjaġġar u ċ-ċinema.

 Direct Line: (+356) 2342 5202

Ms Sara Hazzard – Assistent tal-Kontabilità u Amministrattiv

Sara bdiet taħdem mar-Rappreżentanza bħala uffiċjal tal-Kontabilità fl-Lulju 2003 u tħobb l-isfidi pożittivi li joffrilha dan ir-rwol.Hija kisbet l-esperjenza tagħha fl-oqsma varji ta’ l-amministrazzjoni u l-immaniġġjar peress li ħadmet f'negozji ta’ daqs żgħir u medju, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.Is-safar huwa aspett importanti f’ħajjitha u l-esperjenza tagħha tgħix f’pajjiż barrani wassal biex wara li studjat fl-Università għall-sentejn bdiet tivvjaġġa ta’ spiss sakemm is-safar ġabha hawn Malta. Ilha tgħix hawnhekk mill-1992.

Għal iktar minn 10 snin xogħlha kien li tħarreġ fl-għadis (scuba diving instructor) (PADI MI) u sa llum għadha tipprattika l-għadis fil-ħin rikreattiv tagħha. Sara laħqet l-għan personali tagħha li tipprattika l-għadis f’xi wħud mill-aħjar siti fid-dinja u hi tal-fehma li l-għadis madwar Malta u Għawdex għandu ħafna x’joffri. Hija tixtieq tkompli tipprattika l-għadis sakemm tkun tista’.L-iktar affarijiet li jogħġbu lil Sara f'xogħlha mar-Rappreżentanza huma l-varjetà tiegħu u l-kontribuzzjoni li tista’ ssir għall-istorja ta’ l-Ewropa li dejjem tinbidel.

Sara qed tgawdi kemm tista’ l-ambjent Malti u tiddedika l-ħin tagħha għall-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-benessri ta’ l-annimali u l-ambjent bl-impenn volontarju tagħha mal-Marine Rescue Team Unit tan-Nature Trust (Malta) u l-Animal Watch newsletter ta’ l-SPCA (Malta).

Direct Line: (+356) 2342 5203

Ms Dorianne Coleiro – Assistent tal-Kontabilità

Dorianne ingħaqdet mal-Kummissjoni Ewropea fid-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà fl-1 ta' Diċembru 2004 bħala assistent amministrattiv. Wara sena u disa' xhur bidlet l-unità fl-istess direttorat għal post ta' assistent amministrattiv/verifikatur finanzjarju. Imbagħad, wara sena u tmien xhur bidlet id-Direttorat għal dak tal-Komunikazzjoni u ġiet fir-Rappreżentanza f'Malta biex taħdem bħala inizjatur finanzjarju.

Wara x-xogħol tħobb iżżomm ruħha okkupata bid-drama, krafts, iddoqq il-mużika u kull ħaġa oħra li hija artistika.

Hija tiddeskrivi l-ħin li qattgħet fi Brussell bħala esperjenza sabiħa u għadha timmissja l-pajjiż tal-birra, iċ-ċikkulata u ċ-ċips.

Direct Line: (+356) 2342 5206

Mrs Marthese Fenech – Xufier/Service Clerk

Marthese ingħaqdet ma’ l-uffiċċju fis-16 ta’ Novembru 2006 bħala xufier/service clerk wara li kienet ilha 16-il sena taħdem għal rasha fil-qasam tal-bejgħ.  Hija ħadmet ukoll fl-industrija ta’ l-ospitalità għal xi ftit ta’ żmien.Tħobb ix-xogħol tagħha mar-Rappreżentanza peress li jagħtiha l-opportunità titgħallem diversi affarijiet ġodda fi ħdan it-taqsimiet differenti tar-Rappreżentanza, dan ovvjament meta ma tkunx qed issuq lill-Kap tar-Rappreżentanza.  Ix-xogħol tagħha mar-Rappreżentanza jagħtiha wkoll il-possibbiltà li tkompli issir taf iktar dwar l-Unjoni Ewropea.

Marthese tħobb taqra iżda tħobb ukoll issiefer flimkien mar-raġel tagħha Joe u t-tifel tagħhom, Andrea Luca.

Direct Line: (+356) 2342 5104

L-aħħar aġġornament: 14/02/2012  |Fuq