Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Nilqgħuk fil-websajt tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet id-Delegazzjoni tagħha f’Malta fid-29 ta’ Novembru 1991. Matul it-tnax il-sena li waslu għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, id-Delegazzjoni kienet involuta f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet diplomatiċi, kummerċjali, kooperattivi, informatiċi u kulturali.

Ma’ l-applikazzjoni ta’ Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, id-Delegazzjoni iffokat l-attenzjoni tagħha fuq il-preparazzjonijiet għas-sħubija permezz ta’ l-għajnuna teknika ta’ qabel l-adeżjoni, il-monitoraġġ u l-kuntatti għaddejjin ma' l-amministrazzjoni, il-korpi kostitwiti kif ukoll is-soċjetà ċivili.

F'Marzu ta’ l-2003, il-Maltin ħadu deċiżjoni storika meta vvutaw ‘iva’ fir-Referendum ta’ Adeżjoni biex jissieħbu, flimkien ma’ l-Istati Membri eżistenti ta’ l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi oħra ta’ Adeżjoni, u b’hekk iffurmaw Unjoni magħmula minn ħamsa u għoxrin Stat Membru.Dik id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mill-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni f’Ateni fis-16 ta’ April, 2003. Fl-1 ta' Mejju 2004, Malta ħadet postha bħala Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea. Illum, l-uffiċċju tagħna tirrappreżenta l-Kummissjoni Ewropea f’Malta.

Dan il-websajt joffrilek l-opportunità li tara mill-qrib ir-relazzjonijiet tajbin bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, u li tara kif dik ir-relazzjoni żviluppat.

Aħna nqisu l-Websajt tagħna bħala għodda organika u nistennew bil-ħerqa li nirċievu r-rispons tagħkom dwar kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollkom jew xi suġġerimenti li nistgħu ninkludu fuq is-sit (email:comm-rep-mt@ec.europa.eu)

Mr Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza

L-aħħar aġġornament: 02/05/2011  |Fuq