Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Tech All Stars
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

24/04/2012 12:25:01

Tech All Stars hija okkażjoni fuq jumejn dwar l-istartups teknoloġiċi organizzata mill-Kummissjoni Ewropea li se ssir Londra fl-20 u l-21 ta' Ġunju 2012. L-aqwa startups minn madwar l-Ewropa kollha se jiġu kkollegati mar-riżorsi meħtieġa biex jitilgħu għal-livell li jmiss, u se jingħataw l-opportunità biex jinnetwerkjaw ma' entitajiet influwenti u jiġu f'kuntatt ma' VCs, mentors, imsieħba potenzjali u riżorsi oħrajn.

     

    Tech All Stars tikkonnettja tnax mill-aqwa startups minn aċċeleraturi, inkubaturi u web camps madwar l-Ewropa mal-ogħla sorsi ta' finanzjament tal-UE, intraprendituri ta' suċċess u opportunitajiet tajbin immens ta' netwerking.

    Tista' tapplika u  tieħu sehem kwalunkwe startup irreġistrata mal-UE, li ilha teżisti inqas minn 3 snin u li għandha kapital estern inwas minn € 1,000,000 euro.
    L-aqwa tnax-il applikazzjoni se jkunu mistiedna Londra. Bħala starter se jirċievu biljett komplimentari għal LeWeb London. Fl-20 ta' Ġunju, tibda l-azzjoni permezz tal-okkażjoni Tech All Stars!

    L-ewwel jum se jipprovdi sfond fejn tkun tista' tfajjar il-mistoqsijiet tiegħek kollha u tanalizza kif jaħdmu l-imħuħ tal-mentors, l-intraprendituri u l-investituri li huma l-aqwa fil-kamp tagħhom. Fi tmiem l-ewwel jum, int tippreżenta l-proposta tiegħek u tirċievi reazzjoni għaliha. Il-judges se jagħżlu tliet startups minn dawn it-tnax..

    L-aqwa tliet startups jirbħu stedina esklussiva għall-Founders Forum biex jippreżentaw il-proposta tagħhom fil-binarju tat-talent. Il-Founders Forum jagħti lill-istartups ċans li jitħalltu ma' intraprendituri u investituri ta' suċċess bħal Reid Hoffman. Parteċipanti tal-passat fil-Founders Forum jinkludu lil Mark Zuckerberg u Richard Branson. L-okkażjoni tal-Founders Forum tant hija esklussiva li impossibbli li l-istartups jakkwistaw invit. Imma aħna rnexxielna ndaħħlu l-istartup tiegħek mill-bieb - jekk tista' tagħti prova li l-istartup tiegħek huwa l-aqwa! 

     

        

     

    Għandek sal-15 ta' Mejju 2012 biex tapplika.

    Jekk trid issir taf iżjed dwar l-okkażjoni u trid tweġiba għall-mistoqsijiet kollha li għandek ara hawn, jew ibgħat ittra elettronika lil info@techallstars.eu.
    Is-sit elettroniku uffiċjali tal-okkażjoni huwa dan.

    Tech All Stars hija organizzazta mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tas-Soċjeta' tal-Informazzjoni u l-Media

    L-aħħar aġġornament: 02/05/2012  |Fuq