Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

Iċ-ċerimonja tal-premjijiet għar-rebbieħa tal-Konkors tat-Tradutturi Żgħażagħ
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

08/04/2011 00:00:00

Is-27 rebbieħ tal-Konkors annwali tat-Tradutturi Żgħażagħ tal-Kummissjoni Ewropea ‘Juvenes Translatores’ ingħataw trofej u diplomi f'ċerimonja tal-premjazzjoni fi Brussell il-Ħamis 7 ta' April.

    Iċ-ċerimonja tal-premjijiet għar-rebbieħa tal-Konkors tat-Tradutturi Żgħażagħ

    Is-27 rebbieħ tal-Konkors annwali tat-Tradutturi Żgħażagħ tal-Kummissjoni Ewropea ‘Juvenes Translatores’ ingħataw trofej u diplomi f'ċerimonja tal-premjazzjoni fi Brussell il-Ħamis 7 ta' April.
    Is-Sinjorina Laura Cioffi mill-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, in-Naxxar hija r-rebbieħa Maltija. Waqt iċ-ċerimonja kien hemm parti msejħa Juvenes Oratores, li tagħti l-possibbiltà lil ftit mir-rebbieħa li jaqsmu l-esperjenza tagħhom tal-Juvenes Translatores mal-pubbliku. Is-Sinjorina Cioffi kienet waħda mill-5 rebbieħa li ntgħażlet biex titkellem.

    F'Novembru li għadda, daħlu għall-kompetizzjoni madwar 3,000 student ta' 17-il sena - minn Kells fl-Irlanda sa Marathon fil-Greċja. Kull student kellu sagħtejn biex jittraduċi test u jaqilbu minn ilsien tal-għażla tiegħu għal wieħed mit-22 ilsien uffiċjali l-oħra tal-UE.

    Imbagħad, tradutturi li jaħdmu fid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea kkoeġew it-traduzzjonijiet u ntgħażel ir-rebbieħ għal kull Stat Membru. Rytis Martikonis, l-Aġent Direttur Ġenerali tad-DĠT, ippreżenta l-premji fil-Bini Charlemagne.

    Għad-dettalji tal-lista tar-rebbieħa u l-iskejjel tagħhom, IP/11/128.

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq