Mogħdija tan-navigazzjoni


DWARNA
© Alberto Favaro

EC Representation in Malta

L-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet sfida li dejjem tikber
Ibgħat din il-paġnaIbgħat din il-paġnaPrintPrint

24/03/2011 11:59:34

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fil-mod li bih qed jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet. Il-bilanċ bejn it-talba għall-ilma u d-disponibilità tiegħu laħaq livell kritiku f’ħafna żoni tal-Ewropa, xejra li hija mistennija li tinħass aktar hekk kif it-tibdil fil-klima jiżdied.  Fit-tħejjija għal reviżjoni ewlenija tal-politika dwar l-ilma fl-2012, ir-rapport jippreżenta l-miżuri dwar l-immaniġġjar tal-ilma introdotti mill-Istati Membru biex jindirizzaw l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa u jenfasizza ż-żoni għal aktar azzjoni.

    L-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet sfida li dejjem tikber

    Bejn l-2009 u l-2010 l-iskarsezza tal-ilma seħħet fil-biċċa l-kbira tal-Ewropa tan-Nofsinhar – minħabba riżorsi limitati tal-ilma, talba għolja għall-ilma u inqas xita. Ir-Repubblika Ċeka, Ċipru u Malta rrappurtaw li huma ffaċċjaw skarsezza kontinwa tal-ilma. Ħames Stati Membri rrappurtaw nixfa jew livelli ta’ xita inqas mill-medja ta' medda twila ta' żmien (Franza, l-Ungerija, ir-Renju Unit, il-Portugall u Spanja), u erbgħa esperjenzaw okkorrenzi lokali limitati ta’ skarsezza tal-ilma (l-Olanda, l-Isvezja, Franza u r-Rumanija).

    Ir-rapport żvela wkoll li Malta tikkunsidra t-tnaqqis tat-tnixxijiet bħala kwistjoni relevanti minkejja li saru attivitajiet biex jintegraw l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet fil-politiki settorjali, b’mod partikolari sforzi biex jitnaqqas il-konsum tal-ilma. Malta rrappurtat ukoll l-użu tal-baġit nazzjonali tagħha u l-fondi tal-UE biex tiffinanzja mmaniġġjar aħjar tal-ilma u biex ittejjeb l-effiċjenza tal-ilma. Barra minn hekk, kienu organizzati wkoll programmi edukattivi u kampanji ta’ tqajjim ta’ kuxjenza.

    Ir-rapport jikkonferma li l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa mhumiex limitati għall-pajjiżi tal-Mediterran.
     Minbarra xi reġjuni tat-Tramuntana b’popolazzjoni baxxa b’riżorsi abbundanti tal-ilma, din hija kwistjoni li qed tikber madwar l-UE. Studji reċenti juru li sal-2050 ħafna mir-reġjuni Ewropej huma mistennija li jkunu taħt stress medju jew qawwi tal-ilma – primarjament minħabba użu mhux sostenibbli tal-ilma, aggravat bl-effetti tat-tibdil fil-klima. L-Istati Membri affettwati żviluppaw azzjonijiet biex inaqqsu l-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma u jirristrinġu l-użu tal-ilma.

    Ir-rapport jidentifika numru ta’ għażliet importanti ta’ politika fejn hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Istati Membri. Pereżempju, ftit ħafna introduċew leġiżlazzjoni biex ittejjeb l-effiċjenza tal-ilma fil-bini. Miżuri biex jindirizzaw estrazzjoni illegali tal-ilma u telf min-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-ilma għadhom neqsin ukoll f’ħafna partijiet tal-Ewropa.

    Il-Kummissjoni se tindirizza aktar din l-isfida li qed tikber f'reviżjoni tal-politika tal-UE dwar l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfa li se tifforma parti minn “Proġett Mudell” biex jiġi salvagwardjat l-ilma tal-Ewropa li hu skedat għall-2012. Il-komponenti ewlenin tar-reviżjoni, li se tiffoka l-aktar fuq l-effiċjenza tal-ilma, jinkludu l-effiċjenza tal-ilma fl-agrilkoltura u l-ambjent urban, ippjanar aħjar, pereżempju billi l-iskarsezza tal-ilma u n-nixfiet jiġu integrati fil-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċir tax-Xmara u politiki settorjali, u strumenti xierqa ta’ implimentazzjoni, bħall-ipprezzar tal-ilma u l-allokazzjoni tal-ilma.

    Il-Kummissjoni qed twettaq bosta attivitajiet preparatorji fid-dawl tar-reviżjoni tal-2012. Matul ix-xhur li ġejjin, il-fowkus se jkun fuq it-tkattir tal-għarfien u nuqqas ta' dejta u t-twettieq ta' valutazzjoni tal-impatt. Ix-xogħol se jkun appoġġjat mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċir tax-Xmara u l-Komunikazzjoni li jmiss dwar pjan direzzjonali lejn ekonomija effiċjenti tar-riżorsi.


    Kontenut ta’ bażi

    L-aħħar aġġornament: 08/06/2011  |Fuq